Left arrow Mur Lura

SE JITNEJJA MASTER PLAN GHALL-KOTTONERA

PR1023
Date Icon 25/07/2000

Permezz tal-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera, il-Ministeru għall-Ambjent se jfassal Master Plan għall-Kottonera li se jkun ikopri l-aspetti soċjali, ekonomiċi u arkeolo'iċi ta' dawn l-inħawi, l-użu ta' l-art u spazji miftuħa, il-problemi tad-djar, u l-iżvilupp li jista' jsir 'il quddiem, u jagħmel proposti dwar opportunitajiet u għażliet diversi li jistgħu jattiraw attivit'� u interess akbar f'dawn l-inħawi.

Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta dalgħodu ippresieda l-iffirmar ta' ftehim bejn is-Sur Ray Bondin, il-Koordinatur Eżekuttiv tal-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera, u l-konsulent magħruf internazzjonalment fil-qasam tal-konservazzjoni Giora Solar.

Giora Solar, li f'dawn l-aħħar snin kien Direttur tat-Taqsima tal-Konservazzjoni ta' l-Awtorit'� Israeljana dwar l-Antikitajiet u Direttur tal-Konservazzjoni fl-Istitut Getty għall-Konservazzjoni, għandu esperjenza twila f'dan il-qasam billi mexxa pro'etti f'diversi pajjiżi konnessi ma' l-ippjanar u konservazzjoni ta' bliet u monumenti storiċi, u siti arkeolo'iċi.

Permezz tal-ftehim iffirmat illum Giora Solar se jħejji linji ta' gwida li fuqhom għandu jkun ibbażat il-Master Plan għall-Kottonera.

Il-Ministru Zammit Dimech spjega li peress li kuntrarjament għall-Belt Valletta u l-Imdina, il-Kottonera għandha sitwazzjoni kumplessa minħabba diversi fatturi, fosthom dawk soċjali, kien deċiż li qabel jibda jitħejja l-Master Plan għandu jsir rapport preliminari bl-iskop li tinħoloq struttura li twassal għal Master Plan li jkun ferm aktar dettaljat u informattiv. La darba jitlesta dan ir-rapport, tinħare' sejħa għal offerti biex jitħejja l-Master Plan.

Hu qal li Giora Solar, li jgawdi rispett kbir fil-qasam ta' l-ippjanar u l-konservazzjoni, di''� żar il-Kottonera darbtejn b'konnessjoni ma' dan ir-rapport, u kellu diskussjonijiet ma' uffiċjali tat-Tarzna, mas-Sindki ta' l-erba' lokalitajiet tal-Kottonera, ma' l-Awtorit'� ta' l-Ippjanar u ma' diversi entitajiet u individwi oħra.

Meta irrifera għall-ħtie'a li jsir Master Plan għall-Kottonera, il-Ministru Zammit Dimech fakkar li l-Gvern mill-bidunett rabat l-iżvilupp tal-pro'ett tal-Kottonera mar-ri'enerazzjoni sħiħa tal-Kottonera, għax mhux biss jemmen li s-suċċess ta' dan il-pro'ett jiddependi fuq l-iżvilupp sħiħ u t-titjib ta' dawn l-inħawi kollha, iżda wkoll fuq it-titjib tal-kwalit'� tal-ħajja tal-poplu tal-Kottonera. Dan billi jinstabu soluzzjonijijiet għad-diversi problemi li jeżistu u li xi kultant jagħtu isem ħażin lil dawn l-inħawi.

Il-Ministru Zammit Dimech żied li l-iskop tal-Master Plan hu li jkun assigurat li tinbidel kemm jista' jkun din id-dehra negattiva, u għaldaqstant il-pjan se jkun ikopri l-użu aħjar ta' l-art u ta' spazji pubbliċi, inkluża art li fuqha m'għandux isir bini, użu aħjar tal-fortifikazzjonijiet u bini storiku ieħor, u r-restawr u l-konservazzjoni ta' bini storiku importanti, u jieħu wkoll f'kunsiderazzjoni l-problemi soċjali u l-oqsma tad-djar u t-turiżmu.

Il-Ministru għall-Ambjent stqarr li dan kollu jifforma parti mill-ħsieb tal-Gvern għar-ri'enerazzjoni tal-Kottonera.

25.07.2000

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow