ZJARA UFFICJALI TAL-MINISTRU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN FIC-CINA
ZJARA UFFICJALI TAL-MINISTRU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN FIC-CINA
L-Onor. Dott. Joe Borg, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, qed ikompli biz-zjara ufficjali tieghu fic-Cina fuq stedina tal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Ciniz l-E.T. TANG JIA XUAN.
Fil-laqgha bejn iz-zewg Ministri ta' l-Affarijiet Barranin, il-Ministru Ciniz wera s-sodisfazzjon ghall-applikazzjoni ta' Malta sabiex issir membru ta' l-Unjoni Ewropea u f'dan ir-rigward esprima t-tama li Malta tilhaq l-ghanijiet taghha.
Iz-zewg Ministri ddiskutew diversi oqsma ta' natura bilaterali, kemm politici kif ukoll dawk ta' koperazzjoni prattika. Partikolarment ta' min isemmi d-decizjoni tal-Gvern Ciniz, fuq il-proposta tal-Gvern Malti li jitwaqqaf Centru Kulturali Ciniz f'Malta.
Il-Ministru Joe Borg iltaqa' wkoll mal-Prim Ministru Ciniz l-E.T. ZHU RONG JI, li minn naha tieghu irrefera ghall-importanza ta' tishih fir-relazzjonijiet ekonomici u kummercjali. Fil-fehma tieghu dawn ikomplu jissahhu bi skambji ta' delagazzjonijiet ta' livell gholi bejn iz-zewg pajjizi. Il-Ministru Joe Borg wassal l-awguri tal-Prim Ministru Malti Dott. E. Fenech Adami lill-Prim Ministru Ciniz u f'isem il-Prim Ministru stiednu sabiex jaghmel zjara ufficjali f'Malta.
F'laqgha ohra, din id-darba m'� l-E.T. SHI GUANG XIANG, Ministru tal-Kummerc Barrani u koperazzjoni Ekonomika, gie konfermat li t-tieni laqgha tal-Kummissjoni Mhallta ghandha ssir f'Malta, f'Novembru li gej u li ghaliha d-delegazzjoni Ciniza ser tkun immexxija mill-Vici Ministru Ciniz ZHOU KEREN.
Suggetti ta' natura ekonomika inkluzi zjajjar minn negozjanti u entreprendituri Cinizi kien is-suggett principali bejn il-Ministru Borg u l-President tal-Kamra tal-Kummerc Ciniza, is-Sur YU XIAO SONG.
Il-Ministru Borg iltaqa' wkoll mal-Vici President tal-Kullegg ta' l-Affarijiet Barranin Ciniz, is-Sur QIU BOHUA fejn ipprezentalu numru ta' kotba u pubblikazzjonijiet Maltin dwar aspetti varji tal-politika u diplomazija Maltija.
Kien hemm qbil li ghandhom jissahhu r-relazzjonijiet u koperazzjoni bejn dan il-kullegg u l-akkademja Mediterranea ghall-istudji diplomatici ta' l-Universita` ta' Malta.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN