ZJARA LILL-ISKWADRA TA' KONTRA D-DROGA: DISKORS TAL-MINISTRU TA' L-INTERN
ZJARA LILL-ISKWADRA TA' KONTRA D-DROGA.
Diskors tal-Ministru ta' L-Intern Dr Tonio Borg
Ix-xoghol kollu tal-Pulizija huwa riskjuz. Min hu inkarigat biex izomm l-ordni jaf li ghandu xoghol iebes li xi minn daqqiet jista' ma jkunx komdu daqs kwalunkwe xoghol iehor.
Ix-xoghol ta' din l-iskwadra – l-iskwadra ta' kontra d-droga – huwa xoghol partikolarment delikat u xi minn daqqiet perikoluz ukoll. Il-membri li jifformaw parti minn din l-iskwadra jafu r-riskju li jinvolvi x-xoghol taghhom, izda nammira fihom il-kuragg u d-determinazzjoni li bihom qed jaghmlu x-xoghol taghhom.
Il-problema tad-droga hija problema kumplessa u mifruxa. F'kull rokna tad-dinja jezisti l-abbuz minn sustanzi projbiti, u hadd ghadu ma hareg bis-soluzzjoni perfetta u hadd m'ghadu johlom li d-droga, xi darba ghad tinqred ghal dejjem. Mandankollu, ghandu u qieghed isir kull sforz biex din il-problema tittaffa.
Nemmnu illi l-prevenzjoni hija l-ahjar arma biex dan il-ghan jintlahaq. Il-komunitajiet ghandhom jinghataw il-poter li jindirizzaw il-problema tad-droga fil-lokal taghhom. L-inizjattivi li ttiehdu u qed jittiehdu biex jipprevjenu l-uzu tad-droga, anke l-uzu kazwali minn zghazagh li qed jesperimentaw ghall-ewwel darba, u anke dawk li qeghdin f'riskju akbar, ghandhom ikunu centrali fl-isforz kollettiv li jrid isir mill-komunit'� shiha.
L-aktar strategiji effettivi biex l-uzu tad-droga nipprevenuh, huwa billi nzommu d-droga 'l barra mil-lokalitajiet u mill-iskejjel taghna u nipprovdu ambjent sigur u safe ghal kulhadd: ghax kulhadd ghandu jiehu sehem f'dan l-isforz. Din hija xi haga 'il fuq mill-politika partiggjana, u biex tintrebah m'ghandha qatt titnizzel f'dak il-livell.
Izda anke l-akbar programm ta' prevenzjoni jista' jfalli minghajr sforzi f'sahhithom u effettivi biex il-ligi tkun imharsa. Ftit huma l-isfrozi li huma mportanti daqs l-infurzar tal-ligi meta wiehed jitkellem dwar il-glieda kontra d-droga u l-kriminalit'� relatata ma' dan l-abbuz. Il-prijoritajiet f'dan il-qasam huma t-tkissir u l-izmantellar ta' organizzazzjonijiet tat-traffikar tad-droga, u pieni horox ghal min jinstab hati li kellu sehem fic-crieki tat-traffikar.
Dan il-Gvern hadem bis-shih biex, minbarra li jtejjeb il-kundizzjonijiet anke finanzjarji tal-forzi ta' l-ordni, jikkordina l-isforzi ta' min hu involut fil-glieda kontra d-droga. In-National Drug Intelligence Uniti, minbarra li zidnielha l-budget ghal aktar minn darba, issa giet inkoroporata fis-Servizzi ta' Sigurta u tjiebet il-kordinazzjoni taghha mal-Pulizija.
Bi pjacir nghid li din l-istrategija qed turi sinjali pozittivi. Matul dawn l-ahhar xhur smajna li saru diversi qabdiet ta' kwantitajiet sostanzjali ta' droga u tkissru crieki ta' traffikar. Fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena inqabdu aktar minn zewg kilos u nofs ta' eroina, aktar minn zewg kilos cannabis u aktar minn erbat elef u hames mitt pillola ta' l-Ecstacy.
Fl-istess zmien saru total ta' 315 rejd u tfittxijiet. 358 persuna gew arresti fuq pussess u traffikar u 181 itellghu il-Qorti. Fl-istess zmien il-Qorti issentezjat lil 156 persuna fuq akkuzi ta' pussess u traffikar.
Fl-istess waqt il-Gvern, matul dawn l-ahhar sentejn irratifika trattati bilaterali dwar il-glieda kontra t-traffikar tad-droga u l-kriminalit'� organizzata ma'diversi pajjizi u qed isiru trattattivi ma' diversi pajjizi ohra fl-istess linja.
Il-Gvern ha hsieb ukoll biex jigu emendati r-regolamenti dwar il-MoneyLaundering u giet emendata wkoll l-Ordinanza dwar il-Medicini Perikoluzi. Fost l-aktar emendi importanti hemm dik li giet introdotta l-piena ta' ghomor il-habs ghal traffikar tad-droga. Emendi ohra taw ukoll il-poter lill-Qorti biex tkun tista' tissospendi l-licenza jew il-permess tal-post fejn ikun sar traffikar ta' droga.
L-isforzi tal-Pulizija, b'mod partikolari ta' l-iskwadra ta' kontra d-droga, qed iservi wkoll biex il-pubbliku jzid il-fiducja tieghu fil-Korp tal-Pulizija. Stharrig wara iehor dejjem jikkonferma li l-poplu taghna jhares lejn il-pulziija bhala korp li qieghed hemm ghas-servizz u l-protezzjoni tieghu. L-ahhar stharrig li sar ghall-Pulizija mill-MISCO jikkonferma dan, fejn 80 fil-mija ta' dawk intervistati qalu li huma sodisfatti bis-servizzi tal-Korp.
Dawn l-isforzi , u anke c-cifri li ghadni kif semmejt, juru li f'dan il-qasam mexjin fid-direzzjoni t-tajba, izda bhal dejjem l-ebda sforz ma hu bizzejjed f'dan il-qasam. Il-mument li nghidu "ghamilna bizzejjed" ikun il-mument li fih infallu.
Jien nawgura lilkom, il-membri tad-Drug Squad aktar success fix-xoghol fejjiedi taghkom.
21.07.200
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN