Left arrow Mur Lura

IMNIEDI L-PREMJU "ANZJAN TAS-SENA " 2000

PR0999
Date Icon 20/07/2000

IMNIEDI L-PREMJU "ANZJAN TAS-SENA " 2000

L-ewwel jum t' Ottubru huwa l-Jum Dinji ta' l-Anzjani.

Is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politka Socjali qed jerga' jniedi il-Premju "ANZJAN TAS-SENA". Din hija s-seba' sena li s-Segretarjat qed jorganizza dan il-Premju prestigjuz.

Dettalji dwar din l-inizjattiva nghataw il-lum mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali Dr Antoine Mifsud Bonnici waqt konferenza ta' l-ahbarijiet li fiha introduca wkoll lill-membri tal-bord tal-ghazla ghal din is-sena.

Dr. Mifsud Bonnici qal li permezz ta' dan il-Premju, il-Ministeru ghall-Politika Socjali jaghti rikonoxximent xieraq lil dik il-persuna anzjana li bil-mod kif izzomm ruhha attiva fi xjuhitha, qed tkun ta' ispirazzjoni ghall-anzjani ohra.

Fil-fatt, qal Dr Mifsud Bonnici, l-ghanijiet li ghalihom jinghata dan il-Premju huma:-

L-gharfien tas-servizz li l-persuna anzjana tahgmel, b'mod volontarju, ma' min ikun mehtieg;

L-gharfien tas-servizz li l-persuna anzjana li bil-karattru u bl-attivita' taghha waqt li hi rtirata, hi ta' ezempju ta' kreattivita' u, jew, ta' integrita' u li hi b'hekk ta' ispirazzjoni ghall-anzjani ohra;

L-gharfien lil dik il-persuna anzjana li fi xjuhitha irnexxiehlha tizviluppa l-kultura generali jew personali, tippromwovi s-solidarjeta' bejn il-generazzjonijiet u taghti kontribut lis-socjeta' in generali.

Dr Mifsud Bonnici kompla jghid li ghal dan il-premju jistghu jigu nominati nisa u rgiel li ghalqu l-eta' tal-pensjoni matul din is-sena. Dawk nominati jridu ikunu cittadini Maltin u li normalment jghixu Malta jew Ghawdex. 

Dr Mifsud Bonnici fakkar li fil-waqt li in-Nazzjonijiet Uniti iddikkjarat is-sena 1999 bhala s-sena "Internazzjonali ta' l-Anzjani" bit-tema "Lejn Socjeta' ghal Kull Eta', huwa importanti li issa noholqu kuxjenza biex kulhadd - inkluz l-anzjani - jippartecipa f'holqien ta' hajja ahjar, socjeta' mibnija fuq interdipendenza, solidarjeta' bejn il-generazzjonijiet fejn l-anzjani jkunu integrati f'kull qasam tas-socjeta' Maltija kif ukoll nuru impenn favur min hu l-aktar fil-bzonn.

Din is-sena il-Knisja Kattolika qed ticcelebra il-gurnata ta' l-ewwel ta' Ottubru il-Gublew ta' l-Anzjani.

Is-serata tal-ghoti tal-Premju "Anzjan tas-Sena" ser issir fit-Teatru tar-Residenza San Vincenz de Paul, u bhall-edizzjonijiet precedenti tkun taht ill-patrocinju tal-President ta' Malta l-E.T. u s-Sinjura Guido de Marco. F'dik il-gimgha ser isiru wkoll attivitajiet ohra bhala celebrazzjonijiet tal-Jum Dinji ta' l-Anzjani.

Il-persuna anzjana maghzula tinghata trofew mahdum apposta ghal dan il-premju, u plattin tal-fidda, kif ukoll rigali xierqa ohra.

Waqt din il-konferenza, Dr Mifsud Bonnici introduca lill-membri tal-Bord tal-Ghazla li huma:-

Is-Sur Laurence Mizzi - chairperson

Is-Sur Tonio Briguglio - membri

Is-Sur Lino Mizzi

Is-Sur Vincent Tonna

Mrs Josephine Zammit Cordina

Ms Antoinette Zahra

Is-Sur Francis Pace - Segretarju

Aktar informazzjoni u formoli ghan-nominazzjonijiet jistghu jingabbru minghand is-Segretarju tal-Kumitat, mill-Ufficju tal-Ministeru ghall-Politika Socjali, Ufficju tas-Segretarjat Parlamentari, 310 Triq ir-Repubblika, Valletta; u minn Ghawdex mid-Dipartiment ta' l-Anzjani, Pjazza San Frangisk, Victoria. In-nominazzjonijiet iridu jaslu ghand is-Segretarju sa nofs in-nhar tal-Gimgha 11 t'Awissu 2000. In-numru tat-telefon huwa 25903493.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow