IL-MINISTRU TAL-GUSTIZZJA JINAWGURA KONFERENZA DWAR ?ALTERNATIVE DISPUTE RESOLUTION'
IL - MINISTRU TAL - GUSTIZZJA JINAWGURA KONFERENZA DWAR ‘ALTERNATIVE DISPUTE RESOLUTION'
Il-Ministru ghall-Gustizzja u Gvern Lokali Dr Austin Gatt qal li l-Gvern jinkoraggixxi li f'pajjizna jidhlu proceduri ta' ‘alternative dispute resolution' ghaliex barra minn Malta kien stabbilit li dan hu metodu effettiv kif kwistjonijiet ma jispiccawx il-Qorti.
Hu qal dan dal-ghodu, waqt diskors ta' inawgurazzjoni ta' konferenza dwar l-‘Alternative Dispute Management' organizzata mill-Malta Dispute Management Ltd.
Il-Ministru Gatt qal ukoll li s-soluzzjonijiet ghall-problema tad-dewmien tal-kawzi m'ghandhomx jiffukaw biss fuq emendi fil-procedura tal-Qorti izda jridu wkoll jikkunsidraw alternattivi ghall-Qrati.
"F'pajjizna, fejn hu facli u frekwenti li tmur il-Qorti, irid ikollna istituzzjonijiet li jsolvu kwistjonijiet barra mill-Qorti," kompla Dr. Gatt.
Huwa habbar li kien ghalhekk li l-Kabinett tal-Ministri dan l-ahhar iddecieda li t-tenders mahruGa mill-Gvern, awtoritajiet u korporazzjonijiet pubblici minn Settembru ta' din is-sena 'l quddiem, ikollhom klawsola li tirreferi kwistjonijiet li jistghu jinqalghu lic-centru tal-Arbitragg ta' Malta u mhux lill-Qrati. "Dan hu pass konkret hafna, intiz li juri bic-car id-direzzjoni tal-politika tal-Gvern," zied Dr. Gatt.
Il-Ministru habbar ukoll li ghall-istess ragunijiet qed ikun diskuss li anke f'kawzi li ghandhom x'jaqsmu mal-familja, qabel il-kawza irid ikun hemm prozess ta' konciljazzjoni u medjazzjoni, bil-ghan li kwistjonijiet familjari jkunu solvuti barra l-Qrati.
"Ahna konvinti li jekk nahdmu bil-ghaqal, pajjizna jista' mhux biss jizviluppa proceduri ta' ADR ghall-uzu lokali, izda nistghu wkoll inkunu centru ghar-reGjun tal-Mediterran. Il-kuncett ta' ‘hub' hu applikabbli sew ghal din l-inizzjattiva u jista' jwassal biex pajjizna jsir centru mportanti ghall-ADR," temm Dr. Gatt.
Il-Ministru kkonkluda billi stqarr li l-Gvern hu lest ikompli jahdem mas-settur privat kollu biex din l-inizzjattiva tissahhah.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN