KOPJA TA' ITTRA LI NTBAGHTET LIS-SINDKI KOLLHA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI L-ONOR. EDWIN VASSALLO
Din hija kopja ta' ittra li nitbaghtet lis-Sindki kollha mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici l-Onor. Edwin Vassallo.
Din l-ittra titratta s-sitwazzjoni tal-parking f'zoni kummercjali fil-lokalitajiet. Il-proposti msemmija sabiex itaffu din il-problema ta' nuqqas ta' facilitajiet ta' parking, li hu tant bzonnjuz ghas-success tan-negozju, huma rizultat ta' laqghat konsultattivi mas-setturi tan-negozju fil-Kunsilli Lokali .
12 ta' Lulju 2000
Sur Sindku
Diga' bdejt nahdem flimkien mas-Small Business Efficiency Unit (SBU) ma' diversi Kunsilli Lokali biex inharsu lejn ic-cirkostanzi ta' Parking u l-facilitajiet ta' loading u unloading bhala servizz ghas-settur kummercjali fil-komunitajiet taghna.
Bl-introduzzjoni tal-Gwardjani Lokali qeghdin insiru aktar konxji tan-nuqqas ta' "parking management" fit-toroq taghna. In-negozju jkun iffacilitat kemm-il darba jkollna l-"parking management" li johloq struttura li tghin biex ikun hemm facilita' ta' parking ghas-settur kummercjali u l-kummerc li jiggenera. Dan kollu minghajr ma nnaqsu xejn mill-htigijiet tar-residenti.
Ghalhekk nirrakomanda sabiex, kull fejn hemm servizz ta' loading /unloading li sal-lum ghadu ristrett ghall-vetturi kummercjali biss, dan ghandu jkun estiz ukoll ghal vetturi privati li jkunu jridu jhottu jew ighabbu. Fl-ebda mument ma ghandu jithalla parking ta' l-ebda vettura, ghaliex dan huwa abbuz ta' din il-facilita', jekk mhux biex persuna thott jew tghabbi.
F'dawk il-lokalitajiet fejn il-problema ta' nuqqas ta' facilitajiet ta' parking qieghda tinhass aktar, qieghed naghti l-parir li nikkunsidraw short-stay parking, fejn skond il-htiega tan-negozju ta' triq partikolari, l-Kunsill flimkien mas-settur kummercjali jiddeciedi ghal kemm ghandu jkun ristrett il-hin tal-parking. Pero' qed inzid li r-residenti ta' triq partikolari fejn ser ikun deciz li jsir dan ix-short stay parking, ghandhom ikunu ezentati minn din il-procedura u ghalhekk ikunu jistghu jipparkjaw.
Kaz iehor li qeghdin nahdmu dwaru huwa l-kaz ta' reserved parking ghall-ufficini li qeghdin jirriservaw l-ispazju tal-parking ghall-gurnata kollha. Jiena tal-parir li r-reserved parking ghall-ufficini ghandu jkun ristrett ghall-hin tax-xoghol ta' dak l-ufficcju partikolari u mhux ghall-gurnata kollha.
Dawn kienu ftit mill-proposti li saru waqt d-diskussjonijiet taghna maghkom u awtoritajiet ohra. Nittama li dwar dan kollu, ikolli l-opportunita' fejn nghaddilkom aktar informazzjoni utli ghalikom, li tghinkom tiehdu decizjonijiet mehtiega biex is-servizz taghkom kemm lejn is-settur kummercjali kif ukoll lejn dak residenzjali jkun servizz aktar efficjenti.
Inselli ghalik
Edwin Vassallo
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN