PRESENTAZZJONI TA' CEKK LILL-FONDAZZJONI SURET IL-BNIEDEM
PRESENTAZZJONI TA' CEKK LILL-FONDAZZJONI SURET IL-BNIEDEM
F'attivit'� wahda, il-Gvern qed jilhaq 3 ghanijiet fil-Programm Elettorali tieghu, dik tar-riforma fis-Sahha Mentali, is-sussidjarjet'� u s-solidarjet'�.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara f'diskors waqt cerimonja ta' ghoti ta' cekk ta' Lm1,000 lill-ghaqda volontarja Suret il-Bniedem mill-Koperattiva Linen Services ghall-progett li permezz tieghu parti mill-hostel ta' l-ghaqda volontarja ser jintuza ghal-servizz fil-komunit'� ghall-pazjenti bi problemi ta' sahha mentali.
Il-Ministru tas-Sahha qal li dan ic-cekk hu rigal ta' KOLS Ltd.- il-koperattiva tal-laundry li twaqqfet ftit ilu. KOLS hi wahda mill-istejjer ta' success. Irnexxielna li nirriformaw is-servizz tal-laundry minn servizz notorjament inefficjenti ghal wiehed ta' kwalita`. Dan is-succes mhuwiex frott biss ta' direzzjoni manigerjali tajba izda wkoll tal-fatt li l-haddiema gharfu l-bzonn tar-riforma u l-beneficcji li setghu jgawdu minnha. Minbarra li qed taghti servizz lill-isptarijiet, KOLS rnexxiela tirbah offerti minn dipartimenti ohra. Il-koperattiva ziedet l-efficjenza taghha bi 327% fl-istess hin li naqqset il-haddiema b'50%. Filwaqt li qed tiffranka izjed minn Lm400,000 fis-sena lil min ihallas it-taxxi, KOLS qeghda thalli qligh lix-shareholders taghha, jigifieri l-haddiema u lid-Direttur responsabbli ghall-koperattiva. Id-Direttur u l-Kumitat Manigerjali qablu li l-qligh dovut lid-Direttur jigi wzat biex jissapportjaw progetti godda fis-settur tas-sahha u biex jitwaqqfu boroz ghat-tahrig ta' professjonisti fil-qasam tas-sahha. Ghaldaqstant, qal il-Ministru Deguara, ma jistax ma jfahharx il-haddiema ta' din il-koperattiva li qablu li parti mill-flus generati mill-bzulija taghhom imorru ghall-komunit'�.
Louis Deguara qal li mill-1994 saru hafna sforzi biex ikun riformat dan is-settur bil-ghan ewlieni li jinghata l-ahjar servizz lil dawk li jbatu minn mard mentali izda wkoll li jkun assigurat l-ahjar valur mill-investimenti li jsir. Fl-isptar Monte Carmeli ntemm ix-xoghol fuq sistemi godda ta' management u finanzi. Twaqqfu sistemi biex ikunu kontrollati r-rizultati. Gew idendifikati dawk is-setturi fejn hemm hela ta' rizorsi umani u finanzjarji. Il-Ministru tas-Sahha qal li l-gvern hu deciz li ma jhallix prattici antikwati jfixkluh milli jpoggi l-pazjent fic-centru tal-hidma tieghu.
Dis-sena tliet taqsimiet fl-Isptar Monte Carmeli saru responsabbli ghall-budget taghhom. Sar ftehim fuq il-budget li ghandhom bzonn u issa l-ufficjali mhux biss huma responsabbli ghal kif juzaw dawn il-flus izda huma wkoll responsabbli ghar-rizultati miksuba minn dawn ir-rizorsi.. Dan l-esperiment kien kollox ma' kollox success u s-sena d-diehla hu mistenni li t-taqsimiet kollha jkunu responsabbli tal-budget taghhom.
Il-Ministru Deguara qal li qed isir l-izvilupp ta' tims multidixxiplinarji li jghin biex ikun provdut servizz izjed komplet biex naghtu mhux biss kura medika izda jkunu indirizzati ukoll l-gheruq socjali u psikologi. Din l-istrategija qed tghin biex jitnaqqas id-dhul u d-dewmien fl-isptar. Irnexxielna nroddu lill-komunita` 47 kaz jew ahjar 47 bniedem. Uhud minnhom kienu ilhom fl-isptar ghal izjed minn 20 sena qal Louis Deguara. Tul l-ahhar sentejn sar ukoll hafna xoghol ta' natura kapitali biex hafna swali nbidlu mil-lejl ghan-nhar bil-ghan li jinholoq ambjent li jghin mhux ifixkel il-fejqan. Dan kollu hu t-twettiq ta' dak li kien imwieghed fil-programm elettorali dwar is-Sahha Mentali qal il-Minsitru tas-Sahha.
Weghda ohra fil-programm elettorali kienet dwar ghajnuna f'tahrig lill-ghaqdiet volontarji. Fil-fatt, tenna l-Ministru Deguara, id-Divizjoni tas-Sahha, il-Programm ta' Zvilupp ta' Xoghol Socjali u l-manager ta' l-organizzazzjoni Suret il-Bniedem ga ppjanaw kors ta' tahrig ghall-voluntiera. Id-Divizjoni tas-Sahha ha taghti sehemha billi tipprovdi s-servizz tat-tim tar-riabilitazzjoni.
Louis Deguara qal li din l-inizjattiva tal-lum se tkun ta' beneficcju ghal dawk li se juzaw is-servizzi offruti minn Suret il-Bniedem. Dawn huma hutna li spiss jigu mitfugha fit-truf tas-socjeta` u ghan-nom taghhom irringrazzja lil kulhadd ghar-rieda tajba u l-generozita` taghhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN