Left arrow Mur Lura

FACILITAJIET GHAL SPORTIVI TA' L-OGHLA LIVELL F'MALTA

PR0979
Date Icon 14/07/2000

FACILITAJIET GHAL SPORTIVI TA' L-OGHLA LIVELL F'MALTA

Fl-ahhar gimghat grupp ta' players u dirigenti mill-klabb famuz ta' Milan, Inter, kienu Malta fuq zjara ta' gimgha biex isiru jafu aktar lil Malta u jaraw x'ghandha x'toffri bhala facilitajiet ghal sportivi ta' l-oghla livell.

Grupp ta' tlett dirigenti gew Malta darbtejn minn qabel biex izuru il-facilitajiet offruti. B'reazzjoni ghal dak li raw, gie deciz li l-grupp ikompli bil-preparamenti tieghu biex jigi Malta. Fil-fatt il-grupp wasal Malta fl-24 u rritorna lejn Milan fid-29 ta' Gunju, 2000.

Barra tahrig fiziku fil-gymnasium il-gdid fil-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq, il-grupp ghamel ukoll xi tahrig fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa. Il-grupp ghamel uzu mill-grounds tal-haxix fil-Marsa f'erbgha okkazjonijiet differenti. Matul it-tahrig taghhom fil-Marsa numru sabih ta' supporters Interisti setghu josservaw lill-benjamini taghhom jaghmlu tahrig tekniku li soltu jarawhom jaghmlu fi grounds ohra kemm fl-Italja u kemm f'pajjizi ohra.

Ir-reazzjoni pozittiva tal-grupp Interista tidher f'nota mibghuta lill-ufficcju tad-Dipartiment taz-Zghazagh u Sport fil-Marsa mill-agenti ta' l-ivjaggar li kienu nkarigati miz-zjara tal-grupp Interista:

"F'isem il-il-kontingent ta' l-Inter li halla Malta dal-ghodu, nixtieq inwassal l-apprezzament taghhom ghall-ghajnuna kollha li nghataw.

Is-Sinjuri Oncolini u Velasco esprimew is-sodisfazzjon taghhom ghas-servizzi moghtija, u wkoll ghall-kundizzjonijiet tal-ground fejn ghamlu it-tahrig. Ghalkemm l-art kienet xi ftit iebsa minhabba is-shana, it-tnejn li huma stqarrew li l-grounds huma idejali ghat-tahrig, specjalment minhabba il-fatt li hemm aktar minn ground wiehed. Il-grounds jistghu jigu addattati ghall-uzu varju, specjalment ghall-uzu tal-clubs tal-football".

Ta' min jinnota li, wara l-gharghar ta' Dicembru li ghadda, ix-xoghol ta' tindif fil-Kumpless tal-Marsa sar b'ritmu konsistenti u l-haddiema komplew ghaddejjin bit-tibjid u z-zebgha ta' kull fejn intlaqghat bil-hama li l-ilma gab mieghu. Minbarra hekk gie rrangat it-tarmac fit-triq principali li tghaddi min-nofs il-kumpless u anki nghatat dehra gdida lill-entratura tal-kumpless min-naha ta' Triq Aldo Moro.

Persuni u atleti li jaghmlu uzu regolari mill-facilitajiet tal-Marsa huma impressjonati bil-livell ta' manutenzjoni li jinsab fiha kkomparat mal-passat.In-numru biss ta' nies li jiffrekwentaw il-Kumpless tal-Marsa huwa wkoll xhieda tal-kwalita' tal-Kumpless.

Biex dan ix-xoghol ta' manutenzjoni u rrangar tal-Kumpless tal-Marsa jkompli miexi, is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Jesmond Mugliett hatar kumitat minn fost l-ghaqdiet li jaghmlu uzu mill-Marsa. Il-kumitat li jaqa' taht il-Kunsill Malti ghall-Isport diga' beda l-hidma tieghu u qed ihejji pjani biex problemi ezistenti fil-Marsa jigu ndirizzati mill-aktar fis possibbli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow