OPPORTUNITAJIET FIL-QASAM TA' L-INĠINERIJA
OPPORTUNITAJIET FIL-QASAM TA' L-INĠINERIJA
Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech illum ħe''e' biex aktar studenti jagħżlu li jsegwu korsijiet ta' l-in'inerija, kemm jekk hi mekkanika, elettrika jew tat-teknolo'ija ta' l-informatika, ħalli tkun tista' tintlaqa' d-domanda li qed ikun hawn għal in'iniera b'mod partikolari mis-settur privat.
Il-Ministru Zammit Dimech kien qed jitkellem fil-ftuħ ta' wirja fl-Universit'� ta' Malta ta' pro'etti ta' in'inerija li saru mill-istudenti fil-kors ta' l-in'inerija li għadhom kif temmew l-aħħar sena tal-kors tagħhom.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li bħalissa hawn madwar 600 persuna b'warrant ta' in'inier, filwaqt li din is-sena se jiggradwaw 51 oħra. Hu irrimarka li filwaqt li f'dawn l-aħħar ftit snin bdew jiggradwaw medja ta' 50 in'inier kull sena, sa 15-il sena ilu n-numru kien għadu wieħed baxx tant li l-medja kienet ta' madwar 30.
Hu innota li d-domanda għal in'iniera min-naħa ta' l-industrija u mis-settur tas-servizzi hi tali li l-istudenti li jkunu waslu biex jiggradwaw ikunu di''� sabu impjieg fl-aħħar sena tal-kors tagħhom. Hu żied li abbażi tad-domanda f'dawn l-aħħar snin, in-numru ta' studenti li jistgħu jibdew isegwu kors fl-in'inerija jista' jiżdied b'50 fil-mija oħra fis-sena.
Hu tenna li hu importanti għalhekk li aktar studenti jkunu mħajra jsegwu su''etti tax-xjenza u tat-teknolo'ija fl-iskejjel sekondarji bl-iskop li aktar 'il quddiem ikunu jistgħu jsegwu kors ta' in'inerija, li hi professjoni li tagħti sodisfazzjon u li tipprovdi sors tajjeb tad-dħul minn barra l-pajjiż.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-opportunitajiet qed ikomplu jiżdiedu b'mod partikolari fil-qasam tal-komunikazzjoni u tat-teknolo'ija ta' l-informatika fejn l-in'iniera jistgħu wkoll jissieħbu flimkien f'kumpaniji lokali li jkunu jistgħu joffru servizzi u software f'dawn l-oqsma.
Hu fakkar li l-professjoni ta' l-in'iniera bdiet tkun aktar apprezzata u organizzata wara li fl-1988 il-Gvern kien taha għarfien uffiċjali permezz ta' l-Att dwar il-Professjoni ta' l-In'iniera, li zgura li l-in'iniera li għandhom il-warrant i'orru r-responsabbilt'� tal-kwalit'� u s-serjet'� li l-konsumatur bi dritt illum jistenna. Il-warrants kienu bdew joħor'u fl-1993 u ftit wara kien tħejja Kodiċi ta' Etika biex tkun regolata l-professjoni.
Dan il-Kodiċi stabbilixxa, fost l-oħrajn, id-doveri li l-in'iniera għandhom lejn is-soċjet'�, lejn il-professjoni tagħhom, lejn sħabhom, lejn dawk li jimpjegawhom u lejn il-klijenti tagħhom. Hu semma li l-intenzjoni hi li dawn il-Kodiċi ta' Etika jkomplu jissaħħu biex tidħol aktar dixxiplina.
Filwaqt li feraħ lill-gradwati l-'odda, il-Ministru Zammit Dimech faħħar il-pro'etti li ħejjew l-istudenti bħala parti mit-teżi tagħhom u qal li dawn il-pro'etti huma xhieda tal-kwalit'� tax-xogħol li kapaċi jipproduċu l-istudenti li jkunu waslu biex jiggradwaw bħala in'iniera.
Fl-aħħarnett, il-Ministru Zammit Dimech faħħar is-sehem li qed jagħtu kumpanniji privati biex Dipartimenti fi ħdan il-Fakult'� ta' l-In'inerija jkunu jistgħu jagħmlu riċerka f'dan il-qasam. Fost l-oħrajn hu semma lil ST Microelectronics (Malta) Ltd li tat għajnuna biex titkompla r-riċerka dwar vettura li taħdem bl-elettriku, JRD Systems li flimkien mas-Siemens tal-Ġermanja taw tliet power protection relays, u lil Strand Marine and Auto Systems li flimkien ma' Mastervolt PV ta' l-Olanda taw grid connected PV systems għal pro'etti ta' riċerka. Hu qal li l-għajnuna li qed tingħata minn dawn it-tliet kumpanniji tammonta għal aktar minn Lm11,000.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN