Left arrow Mur Lura

STQARRIJA

PR0963
Date Icon 12/07/2000

STQARRIJA

F'konferenza Stampa li taw kelliema tal-Oppozizzjoni dwar Kalaxlokk, dawn qalu li meta kienu fil-Gvern huma kellhom abbozz ta' ligi biex dawn il-haddiema jinghataw prijorita' meta jkun hemm postijiet mal-Gvern li jkunu jridu jimtlew.

Ta' min ifakkar li dan kien qed isir fl-istess zmien li l-Gvern imexxi minn Dr.Alfred Sant kien qed jghid li m'hux se jzid nies mal-Gvern. Barra minn hekk, l-emenda li kienet qed tigi proposta, kienet ser tkun ta' detriment ghal dawk li kienu qed jirregistraw ghax-xoghol, ghaliex il-haddiema ta' Kalaxlokk kienu ser jaqbzuhom fil-preferenza ghax-xoghol.

Dan kollu juri li dan l-abbozz ta' ligi ma kienx ghajr gimmick iehor, weghda fiergha u mghodija ta' zmien ghall-haddiema ta' Kalaxlokk.

Il-Gvern prezenti wieghed xoghol. Fil-Kalaxlokk ghandhom jinholqu l-kundizzjonijiet sabiex ix-xoghol ikun possibli. Hadd ma jista' jippretendi li jirriffjuta x-xoghol ghax mohhu mistrieh li l-paga se jehodha xorta wahda.

Il-Gvern miexi b'serjeta' mal-haddiema tal-Kalaxlokk. Konxju mill-weghdi li saru u li jrid iwettaq u konxju mir-responsabbilita' tieghu, hadem sabiex jattira xoghol ghal dawn il-haddiema.

Il-Kumpanija rnexxiela tiehu xoghol bi shab ma' kuntrattur privat. Dan l-arrangament kellu jigi mwaqqaf wara li rrizulta li l-produzzjoni tal-haddiema ta' Kalaxlokk kienet baxxa meta mqabbla ma' dik tal-haddiema tal-kuntrattur apparti l-fatt li kien hemm insistenza minn naha tal-haddiema ta' Kalaxlokk li riedu jahdmu that is-supervizjoni tal-Kalaxlokk biss.

Sistema ohra sabiex jigi provdut xoghol ghall-haddiema ta' Kalaxlokk kienet dik li l-haddiema jigu mibghuta jahdmu ma' kuntraturi privati. Waqt li dawn il-haddiema kienu jkunu qed jahdmu ma' dawn il-kuntratturi, huma kienu ser jibqghu fuq il-kotba ta' Kalaxlokk u jgawdu l-pagi li kellhom.

Il-haddiema, b'appogg mill-GWU, irriffjutaw li jmorru jahdmu mal-kuntratturi.

Recentament, kumpanija ohra privata wriet interess li thaddem ma' l-erbghin haddiem maghha. Il-pagi offruti kienu ta' bejn Lm75 u Lm95 fil-gimgha. Is-Segretarju tat-Taqsima hu nfurmat b'dan. Il-Management baghat jinforma b'din l-opportunita' lill-haddiema kollha. Hadd m'applika.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow