STQARRIJA
STQARRIJA
Fi stqarrija li harget il-GWU dwar il-kwistjoni tal-Kalaxlokk, din trid taghti l-impressjoni li ma kienx hemm qbil bejn il-partijiet kollha sabiex din il-materja tigi mressqa quddiem Tribunal Industrijali.
Il-fatti huma dawn:
F'laqgha li nzammet fil-Ministeru tal-Finanzi nhar il-Hamis, 6 ta' Lulju 2000 fl-10.00 ta' filghodu, giet diskussa il-kwistjoni tal-Kalaxlokk Co Ltd. Ghal din il-laqgha kien hemm prezenti : is-Sur John Dalli, Ministru tal-Finanzi, is-Sur Harold Walls, Chairman tal-Kalaxlokk Co Ltd u s-Sur Michael J Debono, Assistant Personali tal-Ministru tal-Finanzi ghan-naha tal-Gvern, filwaqt li ghall-GWU attendew is-Sur Emanuel Micallef, Segretarju Taqsima Port u Trasport tal-GWU li kien assistit minn Dr Karmenu Mifsud Bonnici.
Wara li ma kienx hemm qbil dwar il-proposti mressqa minn naha tal-Gvern, gie suggerit minn naha tal-Union biex il-kwistjoni kollha tigi mressqa quddiem Tribunal Industrijali. Dan is-suggeriment gie accettat minn naha tal-Gvern.
Il-Kwistjoni giet imressqa ghat-Tribunal Industrijali wara li nzammu zewg laqghat ta' konciljazzjoni mad-Direttur tax-Xoghol u Relazzjonijiet Industrijali u li fihom baqa' ma ntlahaqx ftehim.
Waqt il-laqghat ta' konciljazzjoni, il-Union sostniet is-suggeriment taghha li l-kwistjoni kellha tigi deciza minn Tribunal Industrijali. Il-Management ressaq din it-talba.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN