Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU TA" L-EDUKAZZJONI PPREZENTAT B"KOPJA TA" DIZZJUNARJU MILL-MALTI GHALL-MALTI

PR0960
Date Icon 12/07/2000

IL-MINISTRU TA' L-EDUKAZZJONI PPREZENTAT B'KOPJA TA' DIZZJUNARJU MILL-MALTI GHALL-MALTI

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea fahhar ix-xoghol ta' Mario Seracino Inglott, l-awtur ta' l-ewwel dizzjunarju mill-Malti ghall-Malti u l-inizjattiva tal-Merlin Library, il-pubblikaturi tad-dizzjunarju u awgura li jsir uzu tajjeb u mifrux minn din l-ghodda utli biex il-Malti jinkiteb ahjar.

Il-Ministru Galea kien ipprezentat b'kopja ta' dan id-dizzjunarju minn Mario Seracino Inglott u Arthur Gruppetta tal-Merlin Library, f'laqgha li kellu maghhom fl-ufficcju tieghu fil-Parlament.

Min-naha tieghu l-awtur ta' dan ix-xoghol li ha madwar seba' snin biex tlesta, qal li kien ilu jinhass il-bzonn ta' dizzjunarju mill-Malti ghall-Malti u kien qed jigri li hafna drabi min jikteb kien qed juza kelma mill-Ingliz flok joqghod ifittex kelma ahjar bil-lingwa taghna.

Hu qal li l-Miklem Malti li kiteb missieru hu dizzjunarju mill-Malti ghall-Malti izda fih disa' volumi u kien aktar indikat ghal dawk li jridu jistudjaw jew jirricerkaw il-Malti. Id-dizzjunarju ppubblikat issa hu f'volum wiehed li facilment jingarr u hu mmirat lejn kulhadd.

Id-dizzjunarju l-gdid fih sinonimi tal-kliem kollha inkluzi fih li jlahhqu ghal 30,000 kelma u fih ma hemmx kliem li m'ghadux jintuza u kien inkluz kliem gdid li qed jintuza l-lum, partikolarment kliem tekniku u verbi godda. Id-dizzjunarju fih ukoll noti grammatikali u f'liema oqsma jintuza l-aktar il-kliem. Fuq kollox dan id-dizzjunarju jimxi fuq ir-regoli ta' l-Akkademja tal-Malti li hi l-awtorita' rikonoxxuta fuq is-suggett.

Id-dizzjunarju hu stampat f'zewg formati, b'qoxra iebsa u b'qoxra ratba u jista' jinxtara mill-librara ewlenin kollha

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow