Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-ONOREVOLI EDWIN VASSALLO SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI

PR0954
Date Icon 11/07/2000

STQARRIJA MILL-ONOREVOLI EDWIN VASSALLO SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI

Nirreferi ghall-artiklu intitolat x'qed jinhema f'Ta' Qali li deher fil-gurnal Kulhadd nhar il-Hadd, 9 ta' Lulju, 2000.

Qeghdin naghmlu kull ma nistghu biex insibu soluzzjoni li tahdem ghal dak li nafu bhala Ta' Qali Crafts Village. Sakemm wasalna biex ipproponejna s-soluzzjoni li nharsu lejn il-possibilta' ghall-izvillupp tal-villagg ta' l-artigjant f'Ta' Qali, flejna x'kienu it-tentattivi ta' l-imghoddi u dan biex nitghallmu minn dak li sar u ma nergghux niehdu l-istess decizjonijiet li ma kienu wasslu ghal xejn.

Ma hemm l-ebda kuntrattur maghzul u ma hemm l-ebda pjanti lesti ghall-progett ta' Ta' Qali Crafts Village. Dan ghaliex id-development brief ghadu fl-istadju li jkun ipprocessat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. ghall-kuntrarju ta' dak li gie ddikjarat mill-gurnal Kullhadd, nista' nghid li l-ebda kuntrattur ma wrieni pjanti u sa fejn naf jien ma jistax ikun li jkun hemm l-ebda pjanti lesti la darba d-development brief ghadu ma giex ippubblikat u lanqas il-process ta' konsultazzjoni mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar ghadu ma bediex.

Ghaldaqstant, min qieghed jipprova johloq dawn il-qlajjiet u jara kif jimmina dan l-izvilupp zgur li ma ghandux ghal qalbu l-izvilupp misthoqq ghal dan il-villagg ta' l-Artigjanat u ghall-Artigjanat fih innifsu. Min jghid mod u jaghmel mod iehor huwa politikant fqajjar li jrid jirbah biss bil-qerq.

Il-Gvern huwa mpenjat li tinstab soluzzjoni u hekk isir l-izvilupp mehtieg f'Ta' Qali. Dan permezz ta' "tendering procedure" li fiha jintghazel zviluppatur li jkun responsabbli mill-izvilupp skond id-"development brief" u l-kumplament tal-proceduri li jinvolvu konsultazzjoni pubblika .

Nawgura li kif jibda l-process ta' konsultazzjoni, kull min huwa nteressat mill-verita' jintebah min verament jixtieq li jara l-ahjar ghall-artigjanat f'pajjizna. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow