SUBJECT PLAN GHALL-UZU TA' L-ART GHALL-INDUSTRIJA
SUBJECT PLAN GHALL-UZU TA' L-ART GHALL-INDUSTRIJA
"Ghad hawn madwar 200 tomna art privata fl-iskemi tal-bini li huma intenzjonati ghall-uzu industrijali li ghadhom mhux uzati. Ma jistax ikun li f'pajjiz tad-daqs ta' Malta u Ghawdex ikollu tant art li tkun giet approvata mill-pjan ta' zvilupp ghall-uzu industrijali u din tibqa' mhux zviluppata waqt li jkun hemm pressjoni biex jigu estizi l-iskemi tal-bini." Dan qalu is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern l-Onor. George Pullicino waqt konferenza ta' l-ahbarijiet dwar Subject Plandwar l-uzu ta' art ghall-industrija.
L-Awtorita` ta' l-Ippjanar bhalissa qeghda fil-process li tirrevedi l-Pjan ta' Struttura ghall-Gzejjer Maltin li jipprovdi l-qafas ghall-policy strategika nazzjonali ghall-kontroll ta' l-izvilupp fiziku u l-uzu ta' l-art ghas-snin 1900 - 2010. Il-Pjan ta' Struttura rivedut ser ikopri s-snin 2000 - 2020.
L-Ippjanar strategiku huwa process kontinwu li jinvolvi l-implimentazzjoni, il-monitoring revizjoni. Il-monitoring tal-Pjan ta' Struttura ezistenti sar permezz ta' l-ewwel 'Structure Plan Monitoring Report' fl-1997 u t-tieni wiehed fl-1999. Bhala parti mir-revizjoni qed jithejjew topic papers fuq, fost ohrajn, id-Demografija, il-Housing, Turizmu u x-Xoghol. Dawn it-topic papers huma mistennija li jidentifikaw issues ghar-revizjoni tal-Pjan ta' Struttura. Imbaghad jigu zviluppati l-ghazliet ta' policies, tintaghzel strategija u jithejja pjan aggornat.
Is-Segretarju Parlamentari, il-Perit George Pullicino qal li l-Gvern heggeg lil Ministeri, Dipartimenti, Agenziji u Korporazzjonijiet Pubblici biex jiehdu l-inizjattiva u jhejju studji dwar l-uzu ta' art li jahsbu li ser ikollhom bzonn fis-snin li gejjin. Dawn l-istudji, barra li ghandhom jipprovdu informazzjoni ghal-Pjan ta' Struttura, ghandhom iservu ukoll biex il-Pjan ta' Struttura ikun ta' kulhadd. Din l-idea kienet enfasizzata ukoll f' White Paper "Prosperity in Change - Challenges and Opportunities for Industry"ippublikat mill-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici is-sena li ghaddiet.
Il-White Paper stipulat li l-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp u l-Awtorita` ta' l-Ippjanar kellhom ihejju Subject Study dwar l-implikazzjonijiet ta' l-uzu ta' l-art fuq l-izvilupp industrijali. Dan l-istudju ghandu jirrevedi l-uzu ta' l-art industrijali, u jezamina l-opportunitajiet u l-problemi li l-potenzjal industrijali jista' jipprovdi ghall-perjodu tas-snin 2000 - 2020.
Ir-rizultati miksuba mill-Industry Subject Study, inkluz l-istrategija industrijali hu mistenni li jiffurmaw parti integrali mill-Employment Topic Paper li qed tithejja mill-Awtorit'� ta' l-Ippjanar, kif ukoll taghti input fir-Revizjoni tal-Pjan ta' Struttura.
L-Awtorit'� ta' l-Ippjanar qed tassisti lill-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp fil-fazijiet kollha tat-tfassil ta' dan l-istudju, fosthom il-preparazzjoni tal-brief, il-process ta' tendering, l-ghazla ta' konsulenti, ilt-thejjija ta' rapporti u l-publikazzjoni tar-rapport finali. Minhabba l-kumplessit'� tar-rapport u nuqqas ta' rizorsi gie deciz li l-istudju isir minn kumpanija ta' konsulenti kompetenti u ghalhekk fil-granet li gejjin ser tohrog tender ghan dan il-ghan.
11.07.2000
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN