MESSAGG MILL-MINISTRU TA' L-EDUKAZZJONI DR LOUIS GALEA WAQT L-INAWGURAZZJONI TAR-RESTAWR TAL-MONUMENT TA' KRISTU R
L-ewwelnett nixtieq inrodd hajr lill-isponsors ta' dan il-progett prestigjuz, jigifieri l-Bank of Valletta plc, bl-ghajnuna logistika tal-Malta Drydocks Corporation u anki l-assitenza fuq il-post ipprovduta mill-Le Meridien Phoenicia Hotel. Il-Kunsill Lokali tal-Furjana wkoll ghen f'dan il-progett. Minbarra s-sovrintendenza artistika mill-Muzew Nazzjonali ta' l-Arti li hadmu mill-qrib mar-restawratur Sante Guido, mil-lat prattiku kien hemm ukoll l-ghajnuna mill-qasam ta' l-elettricisti tad-Dipartiment tal-Muzewijiet.
Inhossni ornorat ukoll nirrikonoxxi l-interess personali li ha l-E.T. il-Vigarju Generali, Monsinjur Annetto De Pasquale fl-aspetti tar-ricerka arkivistika ghal dan il-progett.
Jidher li, qed naqbdu spinta pozittiva lejn kollaborazzjoni regolari bejn is-settur privat jew para-Statali u l-Muzewijiet Statali u l-Knisja, ghal dawk li huma progetti prestigjuzi ta' restawr. Dan jigri, hafna drabi, bla dubju ghax l-isponsor ikun jixtieq jassocja ismu ma' xi bicca xoghol ta' l-arti rinomata u prestigjuza. Din hija relazzjoni li gid biss tista' taghmel lill-pubbliku Malti, li jiggwadanja billi jerga jibda' jgawdi kapulavuri li kienu bdew ibaghtu biz-zmien.
Dan il-monument li qed ninawguraw mill-gdid il-lejla tista' tghid li kien strumentali hafna biex dahhal l-arti Maltija fis-seklu ghoxrin, permezz ta' l-influwenzi qawwija ta' l-Art Nouveau li fih. Filwaqt li dawn kienu diga' dahlu f'Malta, dan kien biss f'mod limitat - l-aktar fil-qasam arkitettoniku - u certament mhux fuq skala tant prominenti u prestigjuza.
Ghalhekk, meta l-barranin ta' dak iz-zmien, (u qed nghidu aktar minn tmenin sena ilu) kienu jghaddu minn Malta, kienu jistghu jammiraw opra ta' l-arti li kienet thabbatha sew ma' dawk fil-pjazez ewlenin tal-kapitali l-kbar tal-bqija ta' l-Ewropa. Anzi, nghid hawn li l-aktar skultura relattivament avangardista li kien hawn x'tara fil-pubbliku qabel Kristu Re kienet Les Gavroches, mhux incidentalment opra ta' Sciortino wkoll.
Qed niehu pjacir nara li l-Muzew Nazzjonali ta' l-Arti, mhux biss ta s-sehem tieghu permezz tas-Sovrintendenza, fejn kellu x'jaqsam il-progett tar-restawr, izda - permezz tal-kitba originali ta' Dennis Vella - qeda l-funzjoni ta' ricerka li hija verament il-pulmun li zzomm Muzew haj u aggornat. Din il-kitba tohrog f'mod naturali mill-istudji akkademici ghall-Master's fl-Istorja tal-Arti li kien ghamel dan l-awtur fl-Universita' ta' Malta.
Din ir-ricerka mhix se tieqaf hawn, anzi ghandha tkun parti ewlenija minn progett li ghandhi l-pjacir inhabbar il-lejla. Din hija esibizzjoni ta' gibsijiet, bronzi, dokumenti u fotografiji originali, bit-titlu ta' Antonio Sciortino Monuments and Public Sculpture li l-Muzew Nazzjonali qed ihejji ghax-xhur ta' Settembru u Ottubru ta' din is-sena. Din il-wirja, flimkien ma' katalgu illustrat, se tkun pass intermedju lejn ir-riabilitazzjoni tant ittardjata ta' dan l-artist gwejjed u misthi, li fi zmienu, b'xoghlu pogga lil Malta fuq il-mappa internazzjonali ta' l-arti, u li ghallem lill-aqwa artisti ta' warajh.
Wara li Melchiorre Gafa' mietilna f'eta' zghira hafna tlett mitt sena ilu, (minkejja li halla fama dejjiema warajh), kellu jkun Sciortino li jaghmel gieh lill-Malta mad-dinja kollha permezz tal-partecipazzjoni fl-akbar esibizzjonijiet internazzjonali u l-kommittenzi li kellu minn renjanti, kollezzjonisti u gvernijiet.
Din l-esibizzjoni tal-Muzew dwar il-monumenti ta' Sciortino qieghda wkoll tattira l-ko-operazzjoni ta' studjuzi, kollezzjonisti u patrijotti ohra li fi hsiebhom jisilfu materjal originali biex jigi apprezzat u valorizzat mill-pubbliku Malti u internazzjonali. Hawnhekk nixtieq nirrikonoxxi b'mod partikolari l-generozita' tas-Sur Joe Pellegrini Petit li xi tlett snin ilu kien irregala lill-Muzew numru konsiderevoli ta' tifkiriet awtografi ta' Sciortino, li l-Muzew ta' l-Arti bi hsiebu jippubblika fil-futur.
L-attivitajiet ta' Sciortino fl-isfera ta' l-iskultura monumentali (minkejja li sfortunatament hafna drabi gew, frustrati) kienu progettati ghall-ibliet ta' Londra, Rostov, Kiev, Ruma u l-belt Valletta, fost ohrajn. Dan minghajr ma nsemmu xoghol skultorju iehor li jinsab f'mill-anqas ghoxrin belt ewlenija, inkluz muzewijiet nazzjonali u palazzi rjali. Hawn qed nitkellmu dwar l-artist li ghamel gest ta' generozita' inestimabbli u li hadd ma rnexxielu jissupera, meta, fl-1947, irregala kwantita' kbira ta' xoghlijiet tieghu lill-poplu Malti. Ta' dan biss, m'ghandna qatt nonqsu milli nuru l-apprezzament taghna.
Id-Dipartiment tal-Muzewijiet ghalhekk ghandu l-pjacir jinkludi din l-esibizzjoni dwar il-monumenti tieghu fil-programm ta' din is-sena tal-European Heritage Days halli nergghu nibdew naghtu lura lill-dan l-artist kbir taghna il-fama internazzjonali li gawda fi zmienu.
05.07.2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN