IL-MINISTRU GHAL GHAWDEX TINAWGURA CENTRU SPORTIV GDID
IL-MINISTRU GHAL GHAWDEX TINAWGURA CENTRU SPORTIV GDID.
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, inawgurat Ċentru Sportiv 'did 'ewwa Kerċem, il-bieraħ filgħaxija.
Fuq inizjattiva tal-Ministru għal Għawdex, ix-xogħol inbeda f'Novembru 1999 mill-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex, speċjalment dawk fi ħdan id-Dipartiment tas-CMU illi wettqu x-xogħol kollu ta' kostruzzjoni. Din l-inizjattiva min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex hija xhieda ta' l-impenn li l-istess Ministeru għandu lejn il-qasam sportiv fil-gżira Għawdxija.
Iċ-Ċentru Sportiv 'did, li jinsab ħdejn il-ground tal-football ta' Kerċem, ser iservi mhux biss bħala ċentru ta' attivita' sportiva fir-raħal ta' Kerċem, imma wkoll bħala club tal-football għal Kerċem Ajax.
Iċ-ċerimonji ta' l-inawgurazzjoni, illi 'ew miftuħa mill-Banda San Girgor ta' Kerċem, 'ew ippreseduta mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex. Is-Sur George Pace, President tal-Kerċem Ajax ta wkoll il-messa'' tiegħu għall-okkażjoni.
05.07.2000
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN