Left arrow Mur Lura

EMBELLISHMENT TOTALI TA' GNIEN IR-RE GORG V FIL-FLORIANA

PR0924
Date Icon 05/07/2000

EMBELLISHMENT TOTALI TA' GNIEN IR-RE GORG V FIL-FLORIANA

F'dawn l-ahhar granet inbdew xoghlijiet minn haddiema ta' l-Ufficcju Centrali tad-Distretti fi hdan il-Ministeru ghall-Ambjent li ghandhom iwasslu ghall-embellishment totali ta' Gnien ir-Re Gorg V, fil-Floriana, li jinsab fi stat hazin hafna.

Waqt zjara li ghamel dalghodu, il-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li dan il-progett se jsir f'fazijiet differenti minhabba l-ammont qawwi ta' xoghol li jrid isir u li mistenni jiswa mal-Lm100,000.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Kunsill Lokali tal-Floriana kien ilu s-snin jitlob biex tittiehed azzjoni halli dan il-gnien, li hu popolari hafna anki ma' turisti li jzuru pajjizna li jmorru fih biex igawdu d-dehra tal-Port il-Kbir, jinghata dehra gdida.

Hu zied li meta dan l-ahhar il-Kunsill Lokali tal-Floriana rega' gedded it-talba tieghu biex il-poplu Furjaniz b'mod partikolari jerga' jibda jgawdi minn post ta' mistrieh u rikreazzjoni li jixraqlu, il-Ministeru hass li dan il-progett ghandu jinghata priorit'�.

Ix-xoghlijiet li se jsiru jinkludu l-pavimentar tal-passaggi kollha, l-istallazzjoni ta' dwal godda, upgrading tal-ground tal-football u tat-tennis court, bandli u apparat iehor ta' rikreazzjoni, u bankijiet godda.

Il-Ministru Zammit Dimech irrifera wkoll ghal xoghlijiet ohra li saru, qed isiru jew se jsiru fil-Floriana, fosthom ir-riabilitazzjoni tal-Gnien tal-Mall li x-xoghol fuqu mistenni jibda kmieni s-sena d-diehla, pavimentar fi Triq Sant'Anna, ir-restawr tal-Polverista, sistema gdida ta' dwal fi Triq Sant'Anna, u r-restawr tal-Monument ta' Vilhena bi shab mal-Kunsill Lokali tal-Floriana.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Ministeru ghall-Ambjent jibqa' jaghti l-ghajnuna tieghu fit-twettiq ta' progetti bhal dawn ghax huma progetti li jkomplu jsebbhu l-ambjent ta' pajjizna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow