Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TAS-SAHHA LOUIS DEGUARA JINDIRIZZA SEMINAR GHALL- INFERMIERA U QWIEBEL

PR0907
Date Icon 30/06/2000

IL-MINISTRU TAS-SAHHA LOUIS DEGUARA JINDIRIZZA SEMINAR GHALL- INFERMIERA U QWIEBEL

Ic-certifikat moghti mill-Ghaqda Dinjija tas-Sahha, li pogga lil Malta fil-hames post fid-dinja fejn jidhol is-servizz tas-sahha, ghandu jghin biex inehhilna l-kumpless ta' inferjorita`, li mmaqdru dak kollu li hu Malti u nahsbu li dak li hu barrani dejjem superjuri. M'ahniex aghar minn haddiehor u l-kompetizzjoni m'ghandhiex ghalfejn tbezzaghna.

Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara waqt Seminar organizzat mill-Union ta' l-Infermiera u l-Qwiebel bit-tema, Xi tfisser l-Unjoni Ewropea ghall-Infermiera u l-Qwiebel.

Louis Deguara qal li m'hemm l-ebda periklu li dawk l-infermiera u l-qwiebel kollha li ga huma impjegati mal-gvern ser jitilfu posthom. Fil-kaz ta' sejhiet godda, meta Malta issir membru, infermiera u qwiebel mill-Unjoni Ewropeja jistghu japplikaw. Dawn ikunu jridu jikkompetu ma' l-infermiera u l-qwiebel Maltin. Tajjeb ukoll li nfakkru li min ihaddem ghandu d-dritt jitlob il-kwalifiki li jehtieg u f'kazijiet fejn ikun hemm il-htiega dan jista' ukoll jitlob il-kompetenza fil-lingwa.

Il-Ministru Deguara tkellem ukoll dwar il-fatt li jezisti certu bizgha li meta nsiru membri fl-Unjoni se tigi xi massa ta' haddiema li se jiehdu xoghol il-Maltin. Dan hu bizgha bla ebda bazi. Tajjeb li nfakkru li b'mod generali, il-persentagg tal-persuni fi hdan l-Unjoni Ewropea li jaghzlu li jmorru jahdmu f'pajjiz iehor hu tant zghir li wiehed jista' jqisu bhala insinjifikanti. Fil-fatt hu 2% biss. Barra minn hekk johorgu ukoll patterns cari ta' l-emigrazzjoni li tibqa' kif dejjem kienet ghal eluf ta' snin – moviment ta' nies minn pajjizi anqas zviluppati ghal dawk aktar zviluppati fejn il-pagi u l-opportunitajiet ikunu ferm ahjar.

L-esperjenza tal-Grecja, il-Portugall u Spanja tghallimna li ma kellhom l-ebda influss ta' haddiema barranin. Il-pajjizi preokkupati bl-immigrazzjoni jibqghu l-izjed pajjizi zviluppati – il-Germanja, Franza, l-Italja u r-Renju Unit u l-problema mhix mahluqa minn haddiema minn pajjizi membri ta' l-Unjoni izda minn pajjizi ta' l-Afrika ta' Fuq fil-kaz ta' Franza, minn Torok fil-kaz tal-Germanja u mill-ex kolonji fil-kaz tar-Renju Unit. Fil-kaz ta' l-Italja minhabba l-facilit'� li wiehed jara l-istazzjonijiet tat-televizjoni Taljani sikwit naraw ahbarijiet fuq dawk li jissejhu extra komunitarji, Albanizi, Afrikani u Asjatici. Qatt ma naraw ahbarijiet fuq Griegi, Portugizi, Spanjoli jew komunitarji ohrajn bhala problema ghat-Taljani.

Barra minhekk, sostna l-Ministru tas-Sahha, jekk wiehed jifli fejn imorru t-2% li johorgu minn pajjizhom isib li l-maggoranza ta' dawn imorru jahdmu f'pajjiz iehor li jmiss ma pajjizhom, kemm jaqsmu l-fruntiera, hafna drabi fi bliet ohra li huma eqreb minn bliet ohra f'pajjizhom stess. Ghalhekk il-fatt li Malta hija gzira ser iservi ta' xkiel ghal dawk il-ftit, jekk jezistu, li jkunu lesti li jigu hawn b'paga anqas milli jistghu jaqilghu f'pajjizhom stess. Min-naha l-ohra l-fatt li haddiema Maltin jistghu jitilqu minn Malta biex imorru jahdmu f'pajjizi ohra fl-Unjoni jista' jservi ta' xprun biex il-pagi u l-kundizzjonijiet taghhom f'pajjizna jitjiebu, inkluz fis-settur ta' l-infermiera u l-qwiebel.

Il-kritika ta' nuqqas ta' informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea zgur li ma tistax issir lill-Ministeru tas-Sahha, sostna Louis Deguara. Fil-fatt, fi hdan il-Minsiteru ghadhom kif intemmu sensiela ta' 19-il seminar informattiv li kienu indirizzati ghall-professjonisti kollha li jahdmu f'dan is-settur. Hemm il-hsieb li seminars simili jergghu isir ladarba jintemm il-process tan-negozjati.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow