Left arrow Mur Lura

QUALITY SERVICE CHARTERS F'ZEWG DIPARTIMENTI OHRA

PR0901
Date Icon 28/06/2000

QUALITY SERVICE CHARTERS F'ZEWG DIPARTIMENTI OHRA


Il-Kumitat tat-Tmexxija ta' l-Isptar San Luqa fil-gimghat li gejjin ser jibda diskussjonijiet bil-ghan li ‘l quddiem jintroduci Patient's Charter mibni fuq dawk ezistenti fil-pajjizi ewropej.

Dan habbru l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara waqt l-inawgurazzjoni ta' zewg Quality Service Charters ohra fi hdan id-Divizjoni tas-Sahha. Wara dawk imnedija fic-centri tas-sahha tal-Furjana u Hal Qormi, fid-Drug Control Unit u fl-Ispeech Language Department, illum kien imiss dawk tad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha u tas-Servizz ta' Statistika dwar is-Sahha li hu provdut mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni dwar is-Sahha.

Il-Ministru tas-Sahha qal li l-livell tas-servizz tas-sahha ta' pajjizna huwa gholi hafna u dan kien konfermat ukoll mill-ahhar rapport ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Sahha, li pogga lil Malta fil-hames post minn fost 191 pajjiz. Madankollu l-mod kif is-servizz huwa mwassal ghadu l-mira tal-kritika u ghalhekk minbarra l-impenn ghal livelli oghla fis-servizz hemm impenn akbar biex il-mod kif ikun imwassal is-servizz jitjieb u jsir aktar efficjenti. It-tnedija tal-Quality Service Charters huwa konferma ta' dan l-impenn sostna l-Ministru Deguara. It-tnedija ta' dawn ic-charters hija wkoll konferma li l-Gvern miexi skond il-weghdiet li kien ghamel qabel l-ahhar elezzjoni generali.

Dr. Hugo Agius Muscat, Direttur tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni dwar is-Sahha qal li d-dipartiment li minnu hu responsabbli ghandu l-ghan, fost ohrajn, li jigbor l-istatistika li wara li tkun processata taghti stampa aktar cara ta' dak li jkun qed jigri fil-qasam tas-sahha f'pajjizna. Hu kompla jghid li minkejja li d-dipartiment ma ghandux hafna kuntatt mall-klijenti tad-Divizjoni, il-Quality Service Charter ta' dan id-Dipartiment xorta qed jassigura li s-servizzi provduti jkunu accessibbli ghal kulhadd. Hu sostna li fost l-ohrajn ic-charter jistabbilixxi liema statistika tista' tinkiseb mid-dipartiment, kif jista' jinkiseb l-access ghaliha u liema hu l-iqsar zmien li fih din tista' tinkiseb.

Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha, Maria Ellul, qalet li d-Dipartiment li jaqa' taht ir-responsabbilt'� taghha ghandu kuntatt kontinwu mal-pubbliku u s-servizzi li qed joffri qed dejjem jizdiedu fil-popolarit'�. Hi sostniet li l-Quality Service Charter tfassal fuq informazzjoni li d-Dipartiment kiseb minghand l-pubbliku u b'impenn mill-impjegati kollha ta' l-istess dipartiment. Maria Ellul qalet li biex id-Dipartiment ikun jista' josserva c-charter jinhtieg li kif dejjem sar l-impjegati tad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha jibqghu jircievu tahrig kontinwu fuq il-kampanji li jigu mnedija minn zmien ghal zmien.

Il-Ministru tas-Sahha rringrazzja lill-impjegati taz-zewg dipartiment li kienu strumentali fit-tfassil tac-charters kif ukoll lil dawk tac-Charter Support Unit li ghal darb'ohra assistew lid-Divizjoni tas-Sahha biex fi zmien 12-il xahar gew imnedija 6 charters fi hdan id-Divizjoni tas-Sahha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow