IL-MINISTRU TAS-SAHHA JINDIRIZZA MINI-SYMPOSIUM BIT-TEMA THE OVERACTIVE BLADDER
IL-MINISTRU TAS-SAHHA JINDIRIZZA MINI-SYMPOSIUM BIT-TEMA THE OVERACTIVE BLADDER
L-Isptar San Luqa beda joffri servizz b'teknologija moderna, Urodynamics Service, lin-nisa li ghandhom problemi ta' inkontinenza. Dan huwa possibbli wara investiment li sar f'apparat sofistikat bl-ghan li tkun idenditifikata l-problema li twassal ghall-inkontinenza.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara meta kien qed jindirizza mini-Symposium bit-tema The Overactive Bladder. L-ghan tas-seminar huwa li t-tobba tal-familja jkunu konxji minn dan is-servizz gdid filwaqt li titqajjem kuxjenza fost in-nisa biex jiehdu passi kontra din il-kundizzjoni.
Il-Ministru Deguara qal li l-inkontinenza hija problema socjali li twassal biex hafna nisa jinghalqu fihom infushom u jnaqqsu l-attivitajiet socjali taghhom kif ukoll l-partecipazzjoni f'ezercizzji fizici. Sal-lum m'hemm l-ebda figuri reali li juru kemm hija komuni din il-kundizzjoni, dan minhabba li hafna jisthu jistqarru li jbatu minnha.
Louis Deguara qal li sal-lum, is-servizz provdut lil dawn in-nisa kien primittiv hafna, izda permezz ta' l-investiment li sar u investiment li ghad irid isir dan is-servizz ser ikun wiehed li ser jaghti rizultati pozittivi u fuqhom tista' tittiehed decizjoni fl-ahjar interess tal-pazjent, fosthom jekk il-kura ghandiex tkun wahda permezz ta' medicini biss, operazzjoni jew it-tnejn f'daqqa.
Dan huwa servizz iehor li l-qasam tas-sahha ta' pajjizna qieghed jipprovdi ghall-poplu Malti, b'accessibilt'� ghal kulhadd u minghajr hlas. Servizz li jizdied ma' dawk ezistenti li poggew s-servizz tas-sahha f'pajjizna fil-hames post madwar id-dinja kollha.
Fi tmiem id-diskors tieghu, il-Ministru tas-Sahha qal li l-iskop ta' dan is-servizz jista' jintlahaq biss jekk dawk in-nisa li jbatu mill-inkontinenza ma jibqghux jaharbu mir-realt'� u jiehdu azzjoni billi jirrikorru ghand it-tobba taghhom u jinfurmawhom b'din il-kundizzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN