MESSAGG MILL-MINISTRU TA' L-EDUKAZZJONI U KULTURA
Messagg mill-Onor. Louis Galea, Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura, fil-ftuh ta' Konferenza organizzata mill-Programm ta' l-iStudji Teatrali ta' l-Universita' ta' Malta dwar ‘Politika Kulturali ghat-Teatru f'Malta' fl-Universita' l-Qadima ta' Malta, il-Belt Valletta
Dan il-Konvenju msejjah mill-Programm ta' l-iStudji Teatrali fl-Universita' wasal f'mument meta, fi hdan il-Ministeru tieghi, hemm attivita' shiha ghaddejja biex tkun ifformolata politika kulturali nazzjonali, li nittamaw li tkun tgawdi appogg mifrux.
Id-diskors kollu taghna fil-Ministeru bhalissa qed ikun ikkoncentrat fuq il-kultura bhala l-hmira ta' l-identita', l-intelligenza u l-hiliet kreattivi tal-poplu taghna, u wkoll bhala katalista socjali. Qeghdin niddiskutu kontinwament dwar strategiji li nahsbu li jridu jittiehdu biex nivvalorizzaw il-wirt artistiku taghna, nanimawh b'mod aggornat li jaqbel mar-realta' kontemporanja u ngedduh bi kreattivita' inklusiva, li tinteressa lill-komunita' kollha.
Il-Ministeru tieghi hu konxju li l-kuntest li fih hi gestita' l-attivita' artistika qieghed jinbidel. L-enfasi fuq l-arti bhala attivita' riservata qed tinbidel, u qed taghti spazju hafna aktar wiesa' lill-kuncett tal-kultura, b'mod li l-aspetti socjo-ekonomici jibqghu kontinwament fl-isfond ta' dak li jehtieg li jsir.
L-idea ta' l-investiment fil-kultura bhala industrija li jehtieg li tirrendi b'mod kwantifikat, issa qed tkun accettata mill-Gvernijiet Ewropej kollha. Ahna konxji wkoll, bhalma huma konxji pajjizi ohra, li dawn it-tendenzi godda jistghu jwasslu biex l-arti tibda tinftiehem biss f'sens utilitarju jew ekonomiku.
Hawn tidhol l-isfida l-kbira: kif se niddemokratizzaw l-attivita' kreattiva u fl-istess waqt nirrispettaw il-valur estetiku; kif se naccettaw ir-realta' li qed tinbidel minhabba d-dinamika tas-suq tad-divertiment, u fl-istess waqt nassiguraw li l-kwalita' ma tkunx kompromessa. Fi kliem iehor, quddiemna ghandna l-isfida kif il-kultura, il-kreativita', il-valur estetiku, il-media, l-ekonomija u l-andament socjali jistghu jirriflettu lil xulxin b'mod inter-attiv, favur l-istrati kollha tal-poplu.
It-teatru hu fost l-aqwa ghodod li jista' jkollha socjeta' biex tiddinamizza lilha nfisha.
Dan is-seminar li qed ninawguraw il-lum jidher li din il-qawwa potenzjali jirrikonoxxiha bis-shih. Anki jekk naghtu daqqa ta' ghajn lejn it-temi tal-prezentazzjonijiet li hemm skedati bejn il-lum u ghada, nindunaw li gew identifikati temi importanti hafna. Se jkunu diskussi l-edukazzjoni teatrali u l-politika kulturali tal-pajjiz, ir-rizorsi teatrali taghna, is-sehem tal-media u l-kwalita', li ahna nifmhu li m'ghandhiex tkun kompromessa minhabba l-esigenzi godda tal-filosofija tal-konsum sfrenat.
Minn dan il-kollokju nistennew li jitqanqlu punti krucjali u decisivi. Nistennew li nistaqsu, nghidu ahna, jekk sibniex l-idjoma nativa taghna fit-teatru, jekk ahniex nipproducu teatru relevanti, jekk ahniex nipprovokaw bizzejjed biex permezz tat-teatru noholqu kuxjenza socjali kritika. Ta' min jistaqsi ghaliex f'pajjizna ghadna ma wasalniex biex nistabbilixxu formazzjoni nazzjonali tad-drama. Ta' min jistaqsi ghaliex ta' spiss ikun osservat li l-ftit drammaturgi li ghandna ma jsibux incentiva bizzejjed. Mill-banda l-ohra rridu nistaqsu jekk dawn id-drammaturgi ghandhomx fiducja fil-materja prima li jista' joffrilhom l-ambjent lokali.
Importanti li nistaqsu fejn wasalna fl-isfera tat-teatru ricerkat, it-teatru sperimentali u t-teatru fl-edukazzjoni, strument indiskutibbli ghall-holqien ta' generazzjoni li tkun taf tagixxi attivament ghal dak kollu li ggib maghha l-hajja. Minn konferenza bhal din forsi ta' min jistenna li jkun stabbilit kif se jkun gestit teatru divertenti u kwalitattiv, milhuq mill-faxex socjali diversi.
Hemm zoni ohra teatrali li forsi ghadna ma bdejniex nesploraw ghall-komunita', fosthom it-teatru terapewtiku u t-teatru li jirrijabilita lic-cittadini eskluzi jew emarginati.
Minbarra li jiddeverti, it-teatru jrid jinstiga u jimpenja. Hu fil-qafas ta' dan it-twemmin li nawgura li dan il-kollokju jkun iffukat fuq kuncetti li jistghu jissarfu bl-aktar mod awtentiku u prattiku ghall-beneficcju tal-pajjiz.
Tkun tassew hasra kbira li l-idjoma teatrali Maltija ma taghrafx tlahhaq mar-ritmi socjali. Hu l-awgurju tal-Ministeru tieghi li t-teatru f'Malta jkun jista' jinterpreta estetikament dawk il-kurrenti kollha li gabet maghha socjeta' li qed tinbidel b'ritmu inkredibbli.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN