TINDIF U MANUTENZJONI ĠENERALI TUL IX-XATT F'TAS-SLIEMA
TINDIF U MANUTENZJONI ĠENERALI TUL IX-XATT F'TAS-SLIEMA
F'dawn l-aħħar 'ranet ħaddiema mill-Unit għal Ambjent Nadif fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent bdew iwettqu tindifa 'enerali fuq il-blat tul ix-xatt kollu bejn il-Fortizza u l-Exiles bl-iskop li jinħoloq ambjent aħjar għal dawk il-Maltin u barranin li jmorru jgħumu jew jixxemxu f'din il-parti tant popolari matul l-ista'un tas-sajf.
Dan ħabbru l-Ministru għall-Ambjent, Francis Zammit Dimech, meta dalgħodu, flimkien mal-Ministru tat-Turiżmu, Michael Refalo, żar ix-xogħlijiet li qed isiru biex tissebbaħ il-promenade bejn il-Fortizza u t-Torri, bħala l-ewwel parti minn progett li se jestendi sa San Giljan.
Hu qal li f'din il-ħidma fuq ix-xatt qed jitneħħa 'ebel u materjal żejjed li tul is-snin ittella' bil-mew' tal-baħar, qed jitnaddfu l-banjijiet li kienu tħaffru xi snin ilu u qed issir manutenzjoni tal-passa''i eżistenti, speċjalment fl-inħawi ta' Fond Ghadir.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li din il-ħidma hi parti minn pjan tal-Ministeru li jagħmel upgrading ta' dawk l-inħawi kollha biex, fost l-oħrajn, tiżdied l-aċċessibilit'� għall-pubbliku.
Hu esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-progress li sar fix-xogħol ta' l-embellishment tal-promenade, liema xogħol di''� sewa madwar Lm800,000. Hu qal li kien hemm ra'unijiet validi li għalihom din l-ewwel fażi tal-pro'ett ma tlestietx qabel u dan biex ikun żgurat li l-materjal li qed jintuża kemm fir-rigward tal-konkos għall-bini tal-gallariji kif ukoll tal-pavimentar ikun ta' kwalit'� tajba. Din l-ewwel fażi tal-pro'ett tkopri tul ta' 850 metru bejn il-Fortizza u t-Torri.
Ix-xogħlijiet li saru f'din il-fażi, parti sostanzjali minnhom minn ħaddiema ta' l-Uffiċċju Ċentrali tad-Distretti, jinkludu l-bdil tar-railings u bollards li kien hemm, bini ta' kanali għall-ilma tax-xita, il-bini ta' 'ibjun kbir għall-ilma fl-inħawi tas-Surfside, il-bini ta' sitt gallariji 'odda li jagħtu fuq ix-xatt, sistema ta' irrigazzjoni għall-ilma, pavimentar 'did, postijiet għat-tħawwil ta' pjanti u xtieli tal-fjuri, u t-tqegħid taħt l-art ta' servizzi g'dda tad-dawl, ilma u telefon. F'dawn il-jiem bdew jitwaħħlu bankijiet 'odda filwaqt li fil-jiem li 'ejjin mistennija jibdew jitwaħħlu fanali attraenti tul il-promenade kollha fejn qed isir il-pavimentar. Qed ukoll tinbena latrina 'dida qrib il-Fortizza.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li wara li jgħaddi s-sajf tkun tista' tinbeda t-tieni fażi tal-pro'ett, li se tkopri r-rinovazzjoni tal-promenade bejn it-Torri u l-Kunvent tal-Karmelitani.
Hu wera l-apprezzament tiegħu kemm lill-ħaddiema li ħadmu fuq dan il-pro'ett kif ukoll lill-pubbliku li fil-parti tiegħu fehem li kwalunkwe pro'ett sakemm jitlesta joħloq xi ftit ta' l-inkonvenjent. Hu qal li f'dan il-każ, saru ċerti arrangamenti biex ikun sgurat li l-pubbliku jkun jista' jibqa' jgawdi l-mixja tul din il-promenade bl-anqas inkonvenjent u periklu possibbli u dan billi fejn l-aċċess kellu jingħalaq minħabba l-pavimentar saru passa''i fit-triq biex il-pubbliku jkun jista' jibqa' għaddej mingħajr problema.
Il-Ministeru Zammit Dimech qal li issa li din il-fażi waslet biex titlesta wieħed jista' jara d-dehra isbaħ li qed tingħata din il-promenade. Hu appella biex ma ssirx ħsara u biex il-post jinżamm fi stat tajjeb u nadif ħalli jkun jista' jitgawda minn kulħadd f'kull ħin.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN