Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TAS-SAHHA JINDIRIZZA KONFERENZA TA' L-AHBARIJIET DWAR ID-DOKUMENT TA' L-ORGANIZZAZZJONI DINJIJA TAS-SAHHA

PR0873
Date Icon 22/06/2000

IL-MINISTRU TAS-SAHHA JINDIRIZZA KONFERENZA TA' L-AHBARIJIET DWAR ID-DOKUMENT TA' L-ORGANIZZAZZJONI DINJIJA TAS-SAHHA


Il-poplu Malti u Ghawdxi kollu, b'mod specjali dawk li jahdmu fis-settur tas-sahha ghandhom ikunu kburin bir-rizultat li kisbet Malta fid-dokument ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Sahha, The World Health Report 2000, li pogga s-servizz tas-sahha f'Malta fil-hames post fost 191 pajjiz.

Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara waqt konferenza ta' l-ahbarijiet fejn inghataw dettalji dwar ir-rizultat li kisbet Malta, f'liema rapport pajjizna kiseb rizultat pozittiv ukoll f'analizi fejn kien paragunat l-infieq fis-settur u r-rizultati miksuba, tant li pajjizna gie fit-tieni post. Ir-rapport ihares ukoll lejn il-kwalit'� tas-servizz moghti, il-prevenzjoni, in-nefqa ras ghal ras kif ukoll jekk hux kulhadd ghandu access ghall-kura.

Dan ir-rizultat pogga lil Malta quddiem pajjizi li sal-lum konna nharsu lejhom bhala l-mudelli ta' kif ghandu jkun provdut is-servizz tas-sahha. L-Ingilterra giet fit-18–il post filwaqt li l-Istati Uniti spiccaw fis-37 post. Ghall-ewwel darba, l-Organizzazzjoni tas-Sahha ma harsitx lejn il-livell tas-servizz mill-lenti finanzjarja biss, izda nghatat importanza wkoll lir-rizultati miksuba. Il-medja ta' infieq ghal dan is-settur hija ta' 8% tal-Prodott Gross Domestiku Dinji. Malta tonfoq 6.2 tal-GDP taghha ghal dan is-settur, filwaqt li Lm64 miljun fis-sena jintefqu f'dik li hi nefqa rikorrenti minghajr ma titqies in-nefqa tal-Ministeru ghall-Politika Socjali fil-qasam ta' l-anzjani. Fl-ahhar budget 10.3% tan-nefqa rikorrenti kienet ivvutata ghas-settur tas-sahha.

Ir-rapport tal-WHO jikkonferma wkoll dak li dejjem sostnejna, li l-livell tas-servizzi provduti huma ta' l-ahjar kwalit'� u l-uniku difetti jinsabu fil-mod kif inhuma provduti u l-ambjent fejn huma mwassla sostna Louis Deguara.

Ir-rizultat minnu nnifsu ma jfissirx li nistghu nserhu rasna minghajr ma nkomplu ntejbu, imma jikkonferma aktar id-direzzjoni li hadet l-amministrazzjoni prezenti fir-riformi f'dan is-settur biex ikun hemm aktar efficjenza biex kull sold ivvutat ghal dan il-qasam jintefaq f'servizz lill-klijenti u mhux jaghmel tajjeb ghall-hela.

Il-Ministru Deguara rringrazzja lil dawk kollha li jahdmu jew hadmu f'dan is-settur u tenna li dan huwa rizultat miksub b'mod kollettiv anke minn dawk li taw is-servizzi taghhom f'dan is-settur fil-passat u kull gvern li kien hawn ukoll.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow