Left arrow Mur Lura

L-AGRIKOLTURA U T-TURIZMU F'PAJJIZNA

PR0857
Date Icon 19/06/2000

L-AGRIKOLTURA U T-TURIZMU F'PAJJIZNA

L-agrikoltura hija kontributur qawwi ghat-turizmu b'iktar minn mod wiehed. Barra mill-provvista ta' hxejjex u prodotti ohra friski, il-hidma agrikola hija l-fattur ewlieni li permezz tieghu l-kampanja taghna zzomm il-karatteristici tipici taghha li tant joholqu paesagg attraenti. Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd, Ninu Zammit, waqt li kien qieghed jindirizza laqgha ta' diskussjoni dwar l-AgroTurizmu.

Il-Ministru spjega kif illum qed jigi maghruf l-aspett ta' l-hekk imsejjah Multifunctionality ta' l-Agrikultura. Dana jfisser li s-socjet'� tirrikonoxxi l-kontribut li taghti l-biedja, mhux biss bhala produzzjoni, izda anki fl-oqsma ambjentali u socjali. Dan huwa karattru li anki l-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi.

Il-Ministru Ninu Zammit habbar ukoll li l-Ministeru tieghu qieghed jahdem fuq pjanijiet ghal progetti specifici li minnhom infushom iservu ta' attrazzjoni ghal turizmu specjalizzat, maghruf bhala agro-turizmu. Dawn jinkludu kemm partijiet u stabbilimenti fl-akkwati tal-Buskett, kif ukoll il-kumpless tal-mixtla ta' Wied Incita. Il-Ministru kompla qal li dig'� hemm kuntatti ma' operaturi li jgibu turisti lejn pajjizna, u tfasslu programmi ta' natura specjalizzata ghal gruppi li jkollhom dan l-interess.

Il-Ministru ghalaq billi sostna l-importanza li s-settur tal-biedja jzomm ruhu aggornat f'hidma kontinwa ta' modernizzar, halli l-efficjenza dejjem tizdied u maghha l-kompetittivit'�. Dana jrid isir kemm jekk nidhlu kif ukoll jekk ma nidhlux fl-Unjoni Ewropea, minhabba f'obbligi internazzjonali ta' organizzazzjonijiet bhal WTO. Id-differenza hija li minghajr shubija, pajjizna irid igorr il-piz kollu wahdu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow