FTUH TAL-'MULTI-SENSORY ROOM' FL-ISKOLA 'HELLEN KELLER'
FTUH TAL-'MULTI-SENSORY ROOM' FL-ISKOLA 'HELLEN KELLER'.
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Louis Galea, inawgura 'Multi-Sensory Room' fl-iskola Hellen Keller li hi skola specjali ghal tfal li huma neqsin mid-dawl u/jew mis-smiegh. L-iskola ‘Hellen Keller' hi msemmija ghal mara li bhal dawn it-tfal kienet nieqsa mid-dawl u mis-smiegh u li b'hafna rieda tajba u bl-ghajnuna ta' l-ghalliema taghha tghallmet tikteb u taqra.
Kulmin hu nieqes minn wiehed mis-sensi bazici bhalma huma d-dawl u s-smiegh irid jizviluppa aktar is-sensi l-ohra biex xorta jkun jista' jikkomunika u jghix kemm jista' jkun indipendenti minn haddiehor. Il-'Multi-Sensory Room' se tkompli zzid mar-rizorsi li ghandha din l-iskola, u hi parti mill-pjani li l-iskola ghandha biex dejjem issahhah u tespandi r-rizorsi edukattivi li ghandha biex it-tfal ikollhom dejjem l-ahjar ghodda biex jghelbu d-diffikultajiet taghhom.
Fid-diskors li ghamel ghall-okkazjoni il-Ministru Louis Galea fahhar ix-xoghol tas-sitt ghalliema u tlettax-il assistent li flimkien ma' ghalliema paripatetici u 'speech therapists' li jzuru din l-iskola regolarment, huma impenjati bis-shih biex jaqdu l-htigijiet individwali ta' l-istudenti.
Il-Gvern hu impenjat li jkompi jtejjeb is-servizzi li toffri din l-iskola permezz ta' professjonisti ohra biex jahdmu ma' l-istaff ta' l-iskola u qed jinvesti f'tahrig; ta' ghalliema specjalizzati. Ghax jemmen fl-Edukazzjoni Inklussiva, u jrid li hadd ma' jibqa' lura, il-Ministeru imbarka wkoll fuq riforma ta' l-iSkejjel Specjali u qed jevalwa rapport li thejja apposta ghal dan l-iskop. Id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni trid tahdem mill-qrib mal-Ministeru tas-Sahha u dak tal-Politika Socjali biex it-tlieta flimkien joffru l-ahjar servizzi possibbli lil dawk bi bzonnijiet specjali.
Irid jinghata tahrig effettiv dwar ‘School Development Planning'. Dan irid isir fuq livell ta' kull skola biex l-ippjanar ikun marbut mal-htigijiet ta' l-istudenti partikolari.
L-ghalliema f'dawn l-iskejjel ghandhom jaddottaw attitudni aktar kollettva. Jehtieg li l-ippjanar f'dan il-qasam ma jibqax biss 'short term' imma jibda jinkludi wkoll il-holqien ta' prospectus, zvilupp ta' policies, tifsil ta' hand books ghall-ghalliema u evalwazzjoni tar-rizultati.
Il-Ministru Louis Galea tkellem ukoll dwar diffikultajiet li ghad hemm biex ikun zviluppat kif mixtieq il-kuncett ta' Edukazzjoni Inklussiva.Hafna ghadhom jorbtu dan il-kuncett ma' dizabiltajiet fizici biss, meta fil-fatt hemm ostakoli ohra li jfixklu t-taghlim u li wkoll iridu jinghelbu.
Sfortunatament, il-pajjiz beda jimxi fit-triq ta' l-Edukazzjoni Inklussiva bla ma kellu bizzejjed nies imharrga. Dan it-tahrig beda jinghata izda hemm bzonn li jiharrgu aktar nies. Irid ikollna wkoll ufficjali biex jaghtu appogg lill-‘facilitators'.
Min-naha tal-qraba tat-tfal bi bzonnijiet specjali, inholqot aspettattiva li kull tifel jew tifla b'xi forma ta' dizabilita' jrid ikollu facilitator ghalih wahdu. Dan mhux possibbli u anqas hu dejjem fl-ahjar interess tat-tfal.
Ghad hawn skejjel li mhux qed jippruvaw isibu soluzzjonijiet huma ghal meta xi ‘facilitator' ma tattendix l-iskola u jibaghtu t-tfal lura d-dar meta hemm genituri li joffru li jghinu lil uliedhom huma stess fil-klassi f'dawn il-kazi u qed ikunu rifjutati. Din l-attitudni trid tinbidel. Il-Kurrikulu Nazzjonali stess jenfasizza l-kuncett ta' partecipazzjoni tal-genituri u dan ghandu jibda jitwettaq, partikolarment f'dan il-qasam.
Sfortunatament, ghad hawn ghalliema li ghad ma fehmux bizzejjed il-kuncett ta' l-Inkluzjoni u ghadhom jeskludu tfal b'dizabilita' - anke jekk huma prezenti fil-klassi - u sahansitra jharsu b'mod negattiv lejn il-‘facilitator'.
Min-naha tieghu l-Gvern se jibqa' jahdem biex hadd minn dawn it-tfal ma jibqa' lura. Fl-ahhar erba' snin, in-nefqa li l-Gvern permezz tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, ddedika ghall-iSkejjel Specjali kienet ta' nofs miljun lira. In-nefqa medja ghal kull student f'dawn l-iskejjel hi ta' Lm 5,000 fis-sena. U jekk hemm bzonn din ghandha tibqa' tizdied ghax hu dmir tal-pajjiz li jqis lil dawn it-tfal bhala nies li jinhtiegu aktar appogg minn haddiehor u allura ghandu jsir kull sforz biex dawn ikunu mghejuna biex huma wkoll jilhqu l-milja taghhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN