ZEWG KUNCERTI STRUMENTALI MINN TLIET MUZICISTI ZGHAZAGH BARRANIN
Is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment taz-Zghazagh u Sport, flimkien ma' l-Orkestra Nazzjonali taht it-tmexxija ta' Mro Joseph Vella, qed jorganizza zewg kuncerti strumentali minn tliet zghazagh barranin.
It-tliet solisti zghazagh barranin, Simone Sommerhalder fuq ir-recorder, Elisabeth Melignon fuq il-klarinett u Szaboles Zempleni fuq l-oboe ser jaghtu zewg kuncerti klassici, wiehed flimkien ma' l-Orkestra Nazzjonali u l-iehor kuncert ta' Chamber Music.
L-ewwel kuncert f'ghamla ta' Chamber Music u li d-dhul tieghu se jkun b'xejn, ser jsir nhar il-Hamis, 22 ta' Gunju 2000, fis-San Lawrenz Leisure Resort, Ghawdex. F'dan il-kuncert dawn il-muzicisti ser jesegwixxu muzika ta' Beethoven, Berstein, Britten, Jean Fronciox u Francis Poulenc. Dawn il-muzicisti ser ikunu kkumpanjati mill-pjanisti Elisabeth Conrad u Martha Debattista.
L-ghada, il-Gimgha, 23 ta' Gunju 2000, se jsir Kuncert Orkestrali fuq is-swar ta' l-Imdina, li jibda' fit-8.30 ta' fil-ghaxija. Il-programm ta' din is-serata jinkludi muzika ta' Antonio Vivaldi, b'concerto fuq ir-recorder, Wolfgang Amadeus Mozart, concerto ghall-klarinett A Major KV 622 u concerto Num. 4 fuq il-kornu, ukoll ta' Amadeus Mozart. F'dan il-kuncert it-tliet muzicisti zghazagh ser idoqqu flimkien ma' l-Orkestra Nazzjonali
Id-dhul ghal dan il-kuncert hu ta' Lm 2 biss u l-biljetti jinkisbu minghand Mariella Orlando mid-Dipartiment taz-Zghazagh u Sport. Tel: 234142.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN