IL-MINISTRU GHAL GHAWDEX TILTAQA' MA' L-ERBA' KUMITATI FIL-QASAM AMBJENTALI F'GHAWDEX
Dal-għodu, il-Ministru għal Għawdex iltaqgħet għall-ewwel darba mal-membri ta' erba' kumitati li ser joperaw fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex bl-għan ewlieni li jippromwovu l-ħarsien u t-titjib ta' l-ambjent 'enerali f'Għawdex, l-immani'jar ta' l-iskart, il-ko-ordinazzjoni tax-xogħlijiet tat-toroq u t-tisbieħ ta' l-ambjent 'enerali f'Għawdex. It-twaqqif ta' dawn il-kumitati ser jiffaċilita ħidma ko-ordinata bejn id-dipartimenti u s-sezzjonijiet varji fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex li flimkien huma responsabbli sabiex jilħqu l-għanijiet imsemmija. Il-kumitati huma komposti minn teams multidixxiplinari biex l-azzjonijiet neċessarji jkunu jkopru kull aspett.
Il-Ministru Debono qalet li Għawdex minn dejjem kien igawdi reputazzjoni tajba f'dak li hija ndafa u tisbieħ ta' l-ambjent u ħafna turisti, kemm Maltin kif ukoll barranin, juru l-apprezzament tagħhom f'dan ir-rigward. Infatti, il-Ministru qalet li l-isbuħija tal-kampanja Għawdxija, il-klima u l-bajjiet pittoreski, is-siti storiċi flimkien mal-karatteristiċi uniċi ta' l-irħula Għawdxin huma kollha parti integrali mill-identita' Għawdxija li aħna lkoll fid-dmir li nħarsu u nippreservaw.
Filwaqt li l-Ministru rringrazzjat lill-membri tal-kumitati kollha għall-impenn u d-disponibilta' tagħhom, hija ħadet l-opportunita' sabiex proprju fil-bidu tal-vaganzi tas-sajf twassal appell 'enerali kemm lill-Għawdxin kif ukoll lit-turisti Maltin u barranin li jżuru lil Għawdex sabiex jagħtu s-sehem attiv tagħhom sabiex is-sbuħija t'Għawdex ti'i ppreservata.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN