IMNIEDI KTEJJEB INFORMATTIV DWAR L-IGJENE TA" L-IKEL FID-DAR
IMNIEDI KTEJJEB INFORMATTIV DWAR L-IGJENE TA' L-IKEL FID-DAR
Il-kazijiet ta' l-avvelenament mill-ikel matul is-sena li ghaddiet naqsu b'35% meta paragunati mas-sena ta' qabel.
Dan habbru l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara, waqt konferenza ta' l-ahbarijiet li matulha gie mniedi ktejjeb informattiv dwar l-Igjene ta' l-Ikel fid-Dar. Din l-informazzjoni ingabret b'kollaborazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha u d-Dipartiment tas-Sahha Pubblika fi hdan id-Divizjoni tas-Sahha.
Louis Deguara qal li matul din is-sena qed johrog car l-importanza li l-Gvern qed jaghti lill-Promozzjoni tas-Sahha. Ma kienx b'kumbinazzjoni li fil-Programm Elettorali ta' din l-amministrazzjoni l-impenn fil-Promozzjoni tas-Sahha huwa l-ewwel punt tal-kapitlu relatat mas-sahha. Il-Promozzjoni tas-Sahha u l-prevenzjoni tal-mard ghandhom ikunu f'mohh kull min jaghti xi tip ta' servizz fid-Divizjoni tas-Sahha mhux biss tad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha. Anzi l-popolazzjoni kollha ghandha tkun konxja mill-htiega li tghix stil ta' hajja li thares is-sahha. Ghalhekk il-Gvern ghal zewg budgets konsekuttivi zied il-vot tal-Promozzjoni tas-Sahha. Il-Ministru tas-Sahha qal li llum qed immorru pass aktar minhekk. Ta min ifahhar liz-zewg dipartimenti fi hdan id-Divizjoni tas-Sahha li kkolaboraw flimkien biex hargu informazzjoni ghall-pubbliku in generali. Din hija d-direzzjoni li ghandna nimxu, fiha sostna l-Ministru tas-Sahha. Din hija d-direzzjoni li fiha qed jimxu l-pajjizi kollha.
Il-fatt li l-kazijiet ta' l-avvelenamnet ta' l-ikel qieghed jonqos ma jfissirx li wiehed ghandu iserrah rasu f'dan is-settur. Zgur li minbarra rapporti ta' avvelenament minn stabbilimenti ta' l-ikel hemm numru ta' kazijiet li jkunu gejjin minn ikel li jkun ippreparat fid-djar u hafna drabi dawn il-kazijiet ma jkunux rappurtati. Ghal dan il-ghan id-dipartiment hass li ghandu jzomm lil dawk kollha li jippreparaw l-ikel fid-djar infurmati mhux biss dwar il-prekawzjonijiet li ghandhom jiehdu, izda wkoll ir-raguni ghaliex ghandhom jittiehdu dawn il-prekawzjonijiet.
Iz-zmien tal-pubblikazzjoni ta' dan il-ktejjeb ma setax ikun aktar opportun sostna l-Ministru Deguara. Matul il-perjodu tas-sajf il-prekawzjonijiet waqt l-ippreparar ta' l-ikel ghandhom ikunu akbar minhabba s-shana. Fil-waqt li l-istabbilimenti ta' l-ikel minn zmien ghal zmien ikunu spezzjonati minn spetturi tas-sahha u kull nuqqas ikun indirizzat, dan it-tip ta' kontroll ma jistax isir fid-djar. Min-naha l-ohra kien hemm nuqqas ta' informazzjoni u ghalhekk dan il-ktejjeb ser jimla dan il-vojt.
Il-Ministru Deguara fahhar l-inizjattiva taz-zewg dipartimenti u awgura li din it-tip ta' kollaborazzjoni tkompli titkattar.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN