Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU TAS-SAHHA JINDIRIZZA KONFERENZA TA' L-AHBARIJIET FEJN GIET IMNEDIJA L-WEBSITE TAD-DIPARTIMENT TA' L-ENDOSCOPY FL-ISPTAR SAN LUQA

PR0829
Date Icon 13/06/2000

Il-Ministeru tas-Sahha jinsab impenjat fi process biex il-pazjenti li jkunu ser jaghmlu uzu minn servizzi provduti fl-Isptar San Luqa jinghataw l-informazzjoni dwar dak li ser jiltaqghu mieghu waqt li jkunu qed jircievu s-servizz.

Dan habbru l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara waqt konferenza ta' l-ahbarijiet li matulha giet imnedija l-Website tad-Dipartiment ta' l-Endoscopy fl-Isptar San Luqa. Il-Ministru Deguara qal li minbarra li din l-informazzjoni ser tkun accessibbli permezz ta' l-internet, il-Customer Care Unit li qed ikun imwaqqaf fuq bazi professjonali ser jipprepara numru ta' leaflets relatati mas-servizzi offruti fl-isptar.

Dawn il-leaflets ser ikunu jinkludu informazzjoni dwar dak kollu li l-pazjent ghandu bzonn ikun jaf waqt li jkun rikoverat fl-isptar, inkluz xi jkun hemm bzonn li jgib mieghu mid-dar u l-proceduri kollha tas-servizz.

Il-Ministru Deguara qal li wara t-tnedija ta' din il-website, fix-xhur li gejjin ser tkun inawgurata website ohra ta' l-Isptar San Luqa. Dan kollu qed isir fuq inizjattiva personali ta' wiehed mill-infermiera fl-Isptar San Luqa, Aaron Cauchi. Il-Ministru tas-Sahha fahhar l-impenn ta' dan l-infermier kif ukoll tal-kollegi tieghu ghall-mod kif inhi pprezentata l-website, kif ukoll ta' l-informazzjoni li tinkludi, li permezz taghha wiehed sahansitra jista' jara videos ta' l-interventi li jsiru f'dan il-unit.

Il-website, li tinkludi l-informazzjoni kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliz, toffri wkoll il-possibilt'� lil dawk interessati biex jaghmlu mistoqsijiet u jircievu r-risposti minghand il-konsulenti ta' l-istess unit. Fil-website hemm inkluzi sensiela ta' ritratti u videos dwar kull servizz moghti f'dan il-unit kif ukoll pagna dedikata ghall-mistoqsijiet li l-aktar li jistaqsu dawk kollha li jattendu fl-Endoscopy.

Il-Ministru Louis Deguara qal li d-Divizjoni tas-Sahha, konxja mill-potenzjal ta' l-informazzjoni teknologika, qed taghmel investiment qawwi f'dan is-settur biex filwaqt li s-servizz ikun aktar efficjenti, titjieb il-komunikazzjoni bejn il-klienti u l-isptarijiet kif ukoll dik bejn il-professjonisti nfushom. Fil-fatt bhalissa qed ikun testjat u ppruvat l-intranet tad-Divizjoni li fost l-ohrajn ghandu l-ghan li jsahhah il-komunikazzjoni fi hdan id-Divizjoni.

Il-website ta' l-Endoscopy Unit tinsab fuq l-indirizz;

http://www.magnet.mt/services/health/endoscopy

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow