Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO JILTAQA' MA' RAPPREZENTANTI TAS-SELF EMPLOYED TAL-PARTIT NAZZJONALISTA U L-PARTIT LABURISTA

PR0826
Date Icon 12/06/2000

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO JILTAQA' MA' RAPPREŻENTANTI TAS-SELF EMPLOYED TAL-PARTIT NAZZJONALISTA U L-PARTIT LABURISTA.

F'dan iż-żmien ta' bidla għal pajjiżna fejn il-prijoritajiet fis-suq qegħdin jinbidlu, jeħtie' li nħarsu lejn il-'ejjieni b'kura''. Il-kompetizzjoni kummerċjali qiegħda ssir iżjed globali u għaldaqstant iżjed reali. '�alhekk irridu nkunu preparati. F'dawn ir-realtajiet, b'sodisfazzjon illum nilqa' lir-rappreżentanti ta' leħen wieħed f'żew' Partiti Politiċi.

Leħen is-self-employed u negozji żgħar huwa leħen wieħed. Il-partiti politiċi huma żew' organizżazzjonijiet li għandhom il-viżjoni partikolari tagħhom. F'ħafna ċirkustanzi jaqblu fuq l-istess destinazzjoni iżda t-triq li jagħżlu hija differenti.

F'pajjiż demokratiku dan huwa dibattitu mportanti u inevitabbli għall-progress tal-poplu tagħna, iżda nemmen li dan id-dibattitu għandu jkollu wkoll l-etika u l-valuri li jħarsuh. Nistgħu faċilment nitkellmu għall-gallarija biex ningħo'bu. Huwa dmirna, intom u jien li nkunu kapaċi nirrispettaw il-verita' u dan jitlob minna li nersqu quddiem is-settur li nirrapreżentaw, bil-valur tas-sinċerita'. '�andna d-dmir li nitkellmu fuq interess wieħed, kif ser naraw li nwasslu li n-negozju jkun aktar vijabbli f'pajjiżna.

Fl-ewwel sena tal-ħidma tiegħi ħarist lejn l-effiċjenza biex tkun il-prijorita' tal-ħidma u tal-messa'' li ridt inwassal lejn bidla ta' mentalita'.

Fit-tieni sena ħarist lejn il-kwalita' bħala l-prijorita' u tlabt lis-settur kummerċjali kif ukoll dak burokratiku jaraw kif ser ikunu iżjed effiċjenti u kapaċi joffru wkoll servizz u prodott ta' kwalita'. Mill-paroli ridna li naslu għall-fatti. Bdejt naħdem ukoll biex dawn is-slogans ikunu l-prinċipji ta' le'islazzjonijiet.

B'hekk qiegħed naħdem biex flimkien ma' Ministeri u Entitajiet Governattivi oħra nbiddlu le'islazzjonijiet u regolamenti li jinfluwenzaw in-negozju. Fost dawn insibu:

  • Le'islazzjoni ta' proċedura effiċjenti għall-ħru' tal-liċenzji 'odda tan-negozju.

  • L-Att dwar il-Kunsill Malti għall-Arti'janat li ser ikollu l-funzjonijiet li jħares u jippromwovi l-interessi ta' l-arti'jan.

  • Li'i dwar il-General ProductHealth & Safety li tiggarantixxi prodotti ta' kwalita' fis-suq li ma jagħmlux ħsara lill-konsumatur.

  • Re'istrazzjoni u klassifikazzjoni ta' kuntratturi skond id-daqs u x-xoghol li kapaċi jagħmlu.

  • Reviżjoni ta' l-Electricity and Supply Regulations biex jirriflettu l-ħti'ijiet ta' llum.

  • Emenda fil-li'i tal-Boll li tiffaċilita' l-kummerċ fl-o''etti tad-deheb u l-fidda.

Waqqafna l-Uffiċċju għall-Intrapriżi ż-Żgħar (Small Business Efficiency Unit) bil-ħsieb li jkollna l-kumplementazzjoni tas-servizzi li huma di'a' offruti. Mill-informazzjoni li tidħol inkunu nistgħu nistħarr'u x'qiegħed ifixkel il-ħidma ta' dawk li huma fil-kummerċ u tittieħed azzjoni biex tikkore'i dak li fil-burokrazija jkun qiegħed itellef. Dan l-Uffiċċju ser ikun ukoll l-għodda li għandha twassal biex tgħini nressaq emendi għal-le'islazzjonijiet li jista' ikun għadda żmienhom jew għal xi ra'uni oħra jeħtie'u li jkunu a''ornati.

Di'a' qiegħed inħejji biex għat-tielet sena ta' ħidma jkolli l-istruttura li tista' tgħini biex issa flimkien mal-messa'' għall-iktar effiċjenza u kwalita' nibdew niffukaw ukoll fuq il-ħtie'a tal-kompetittivita'. Ser inkun qiegħed inħares lejn l-interessi ta' kull settur ta' self-employed u negozju żgħir .

Minkejja d-differenza parti''jana li fiha nimmilitaw, il-politika li għandha twassal is-settur tas-self-employed u negozji żgħar għas-suċċess hija waħda – dik li nwasslu lil dan is-settur biex ikun organiżżat aħjar u għalhekk aktar kompetittiv.

In-numru tas-self-employed qiegħed jiżdied. Dan huwa sodisfazzjon iżda jkun is-suċċess politiku tagħna lkoll bħala pajjiż li naħdmu flimkien biex dawn kollha li qegħdin jinvestu f'dan is-settur ikunu kapaċi jaħdmu f'ekonomija li tgħinhom isostnu l-investiment tagħhom.

L-organizżazzjoni ta' kull settur tan-negozju huwa l-impenn tal-ħidma tiegħi f'din ir-responsabbilta' li għandi.

'�alhekk nilqa' b'sodisfazzjon ukoll it-twaqqif ta' l-organizżazzjoni għas–Self-Employed fil-Partit Laburista, organiżazzjoni li hija simili għas–Segretarjat għas-self empoloyed u negozji żgħar tal-Partit Nazzjonalista. Wara li tajt ir-rendikont ħafif ta' prijoritajiet li għalihom qiegħed naħdem, nixtieq li nsejħilkom biex kemm-il darba intom tixtiequ u taċċettaw inkomplu naħdmu flimkien permezz ta' konsultazzjoni fejn fuq skeda ta' laqgħat bejnietna nkunu nistgħu niltaqgħu biex :

  • Nanalizzaw l-andament tas-suq u l-prejokkupazzjoni tas-self-employed għal dak il-perjodu.

  • Nidentifikaw proċeduri li jistgħu jkunu qegħdin itellfu l-mod ta' kif għandu jsir il-kummerċ.

  • Niddiskutu l-iżvilupp politiku u kif dan jista' jirrispondi għall-ħti'ijiet immedjati tal-lum u jipprevedi l-ħti'ijiet ta' għada.

Minkejja d-differenzi parti'gjani naslu li fuq dak li jgħaqqadna u huwa komuni għalina –is-suċċess ta' l-iżgħar inizjattivi fil-kummerċ iżda l-iżjed determinanti fl-iżvilupp ekonomiku Nazzjonali. Bħal kull investiment din l-inizjattiva hija riskju. Tista' tfalli u tista' tirnexxi. Nittama li tirnexxi .

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow