ITTRA MIBGHUTA MILL-AGENT DIRETTUR GENERALI TAS-SAHHA LIS-SEGRETARJA TAQSIMA SERVIZZI PUBBLICI TAL-GWU.
Dan li jsegwi huwa test ta' ittra mibghuta mill-Agent Direttur Generali tas-Sahha lis-Segretarja Taqsima Servizzi Pubblici tal-GWU
DH/1699/75/PO
9 ta' Gunju 2000
Ms Josephine Attard Sultana
Segretarja
Taqsima Servizzi Pubblici
GWU
DISKRIMINAZZJONI MAL-MEMBRI TAL-GWU
B' referenza ghall-ittra tieghek tat-8 ta' Gunju 2000, nassigurak li kontrarjament ghal dak li qed tallega inti, ma qed issir ebda diskriminazzjoni ma' haddiema fl-Isptar Monte Karmeli.
Il-principju baziku huwa li sahra tinghata jekk u fejn ikun verament mehtieg skond l-esigenzi tal-morda rikoverti fl-Isptar. Is-sahra tinghata lil dawk il-haddiema li matul il-hin tad-doveri normali taghhom joffru servizz kontinwu u komplut lill-pazjenti skond kif indikat lilhom mill-Management ta' l-Isptar. Tapprezza li wiehed ma jistax jaccetta sitwazzjoni fejn impjegat li jirrifjuta li jiccaqlaq minn sala ghall-ohra waqt il-hin normali tax-xoghol, jigi mitlub biex jaghmel dan ghal-skopijiet ta' sahra.
Inselli ghalik
Dr. J. M. Cachia
Direttur Sptarijiet
a/ Direttur Generali
09.06.2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN