BORD BIEX JITHARSU R-REGOLAMENTI TAL-KACCA
BORD BIEX JITHARSU R-REGOLAMENTI TAL-KACCA
Il-Gvern se jwaqqaf Bord, magħruf bl-isem ta' Environment Monitoring Board, bl-inkarigu li jħares u jinforza l-li'ijiet u r-regolamenti dwar il-kaċċa u l-insib. It-twaqqif ta' dan il-Bord qed isir bi qbil mal-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba Konservazzjonisti u ma' Birdlife Malta.
Dan ħabbru l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech f'konferenza ta' l-aħbarijiet flimkien mal-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba Konservazzjonisti dwar tibdil li se jsir fir-regolamenti dwar il-ħarsien tal-għasafar u tal-fenek selva'' f'konformit'� mal-wegħdiet elettorali tal-Gvern preżenti.
Il-Ministru Zammit Dimech spjega li l-Gvern ilu għal dawn l-aħħar sena u nofs għaddej bi djalogu kontinwu mal-Federazzjoni tal-Kaċċaturi u ma' Birdlife Malta u dan wassal, fost l-oħrajn, biex iż-żew' għaqdiet ifittxu fejn jistgħu jaqblu u jaħdmu flimkien filwaqt li jibqgħu jżommu mal-prinċipji li jħaddnu. Hu qal li dan id-djalogu di''� wassal biex flimkien mal-Ministeru għall-Ambjent iwaqqfu Fondazzjoni bl-iskop li jniedu pro'etti li dwarhom jaqblu ż-żew' għaqdiet.
Hu żied li fit-taħditiet li saru, iż-żew' għaqdiet ressqu talbiet għall-kunsiderazzjoni tal-Gvern, fosthom it-twaqqif ta' bord biex jinforza r-regolamenti tal-kaċċa, il-finanzjament ta' pro'etti bħal m'huma t-tkabbir tas-summien u l-introduzzjoni tal-Barba'ann, u l-introduzzjoni ta' Educational Countryside Code.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li wara diskussjonijiet mal-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba Konservazzjonisti, il-Gvern aċċetta li b'mod immedjat għandu jitwaqqaf il-Bord, l-et'� għall-ksib ta' liċenza tinżel għal 18-il sena, titneħħa l-ħtie'a ta' liċenza għall-ibbalzmar ta' tajr mhux protett għal skop personali, titneħħa l-ħtie'a li arma tan-nar tinżamm żarmata sakemm wieħed joħro' fid-distanza legali waqt li jkun fuq il-baħar u tista' ssir kaċċa minn toroq sekondarji u mogħdijiet fil-kampanja.
Il-Ministru għall-Ambjent spjega li biex l-et'� tkun tista' titniżżel għal 18-il sena jeħtie' li ssir emenda fil-li'i. Sadattant, fil-jiem li 'ejjin se jkunu pubblikati emendi għar-Regolamenti dwar il-'�arsien tal-Għasafar u tal-Fenek Selva'' biex titneħħa l-ħtie'a ta' liċenza għall-ibbalzmar għal skop personali, il-ħtie'a li arma tinżamm skargata sa ċerta distanza fuq il-baħar u biex tkun tista' ssir kaċċa minn toroq sekondarji u mogħdijiet fil-kampanja.
Se jsir ukoll ristrutturar tal-liċenzi bi qbil bejn il-Gvern u l-Federazzjoni tal-Kaċċaturi u perċenta'' mid-dħul se jmur għall-Fondazzjoni 'dida li twaqqfet – il-Fondazzjoni għall-Konservazzjoni tal-Għasafar.
Filwaqt li fakkar li l-Gvern di''� ppubblika regolamenti li 'abu fis-seħħ tnaqqis fir-rata ta' l-insurance premium marbuta mal-liċenza tal-kaċċa, il-Ministru Zammit Dimech qal li b'dak li qed isir qed jitwettqu wegħdiet elettorali fir-rigward tal-kaċċa.
Hu qal li hu ta' sodisfazzjon li l-Federazzjoni tal-Kaċċaturi u Nassaba mhux biss taqbel li għandu jkun hemm infurzar mill-aktar strett tar-regolamenti iżda aċċettat ukoll li tkun tifforma parti mill-Environment Monitoring Board li se jitwaqqaf. Fil-Bord se jkun hemm ukoll rappreżentanza mill-Ministeru għall-Ambjent, mid-Dipartiment għall-'�arsien ta' l-Ambjent, minn Birdlife Malta, mill-Pulizija u mill-Forzi Armati, li wkoll se jagħtu s-sehem tagħhom għall-infurzar tal-li'ijiet.
Hu tenna li t-twaqqif ta' dan il-Bord hu konferma li l-Gvern se jagħmel dak kollu li jkun meħtie' biex jinqatgħu l-abbużi, fosthom kaċċa u nsib mingħajr liċenza, kaċċa ta' speċi protetti, kaċċa minn postijiet protetti, u kaċċa nhar ta' '�add wara nofsinhar u fl-ista'un magħluq.
Il-Ministru Zammit Dimech wera s-sodisfazzjon tiegħu li l-Federazzjoni tal-Kaċċaturi mhux biss qed tappo''ja dan l-infurzar, iżda wkoll aċċettat li Malta tirratifika l-Konvenzjoni ta' Bonn dwar il-'�arsien ta' Speċi ta' Annimali Slava' Migratorji.
Hu semma' wkoll li l-Gvern qed iżomm il-wegħda elettorali li jinvolvi lill-għaqdiet tal-kaċċaturi u nassaba fil-proċess għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Hu qal li dawn l-għaqdiet huma membri tal-Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC) u b'hekk ipparteċipaw fid-diskussjonijiet dwar il-pożizzjoni li Malta kellha tieħu waqt l-iscreening tal-li'ijiet ambjentali. Saru wkoll laqgħat ma' dawn l-għaqdiet fejn kien spjegat lilhom, u ntalbu jagħtu l-kummenti tagħhom, dwar l-acquis communautaire dwar l-ambjent.
09.06.2000
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN