Left arrow Go Back

IMNEDIJA L-VERŻJONI UFFIĊĊJALI TAL-LIĠIJIET TA? PAJJIŻNA

PR0789
Date Icon 06/06/2000

IMNEDIJA L-VERŻJONI UFFIĊĊJALI TAL-LIĠIJIET TA' PAJJIŻNA

Il-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr Austin Gatt, f'Konferenza ta' l-Aħbarijiet kmieni llum wara nofsinhar nieda l-verżjoni uffiċċjali tal-Li'ijiet ta' Malta, li għall-ewwel darba qed ikunu ppubblikati fuq CD-ROM.

Il-Ministru Gatt qal li skond l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Li'ijiet Statutorji (The Statute Law Revision Act), il-Gvern huwa marbut li jippubblika verżjoni uffiċċjali tal-Li'ijiet ta' Malta mill-inqas kull għaxar snin. L-aħħar darba li saret din il-pubblikazzjoni kien fl-1990. Huwa għamel referenza għal fatt li għalkemm dawn il-li'ijiet kienu ppubblikati diversi drabi, anke minn kumpanniji privati, din il-verżjoni li qed tkun mnieda llum, hija dik uffiċċjali u l-unika waħda li għandha saħħa legali.

Dr. Gatt sostna li permezz tat-teknolo'ija ta' l-informatika li hija disponnibli llum, din hija l-ewwel darba li l-verżjoni uffiċċjali qed tkun ippubblikata permezz ta' CD-ROM, u għalkemm fil-li'i hemm stipulat li trid tkun verżjoni ‘printed', il-metodu tad-distribuzzjoni huwa dak permezz ta' CD-ROM, minflok volumi li b'kollox fihom madwar 16,000 pa'na.

"'�all-ewwel darba wkoll, f'din il-verżjoni uffiċċjali tal-Li'i, hemm inklużi l-ewwel 50 Kapitlu tal-Li'i Sussidjarja, li tikkonsisti fl-Avviżi Legali kollha maħru'a mill-Gvern," kompla Dr. Gatt.

Il-Ministru Gatt qal li Malta hija wieħed mill-ewwel pajjiżi li qed jippubblika il-Li'i Sussidjarja tiegħu, aktar u aktar fuq CD-ROM, u li dan ifisser li pajjiżna qiegħed fuq quddiem nett f'dik li hi pubblikazzjoni ta' li'ijiet.

Huwa qal ukoll li għaddejja ħidma inttensiva sabiex fil-futur qarib, il-li'ijiet jkunu disponibbli fuq il-web site tal-Ministeru fuq l-Internet. Dan ikun ifisser li ftit jiem wara li jkunu għaddew xi emendi tal-li'i fil-Parlament, wieħed ikun jista jniżżel l-istess verżjoni emendata tal-Li'i minn fuq l-Internet. Il-Ministru Gatt temm jgħid li din hija t-triq li qbadna, sabiex is-servizz li jingħata ‘l pubbliku jkun wieħed dejjem aktar effiċjenti u effettiv.

Is-CD-ROM tal-Li'ijiet ta' Malta tista tinxtara għal prezz ta' Lm25 mid-Dipartiment tal-Ġustizzja, Palazzo Verdelin, Triq l-Arċisqof, Valletta, filwaqt li se jkun hemm numru limitat ta' kopji għal bejgħ mill-Uffiċċju tal-Kamra tal-Avukati fil-bini tal-Qrati.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow