Left arrow Mur Lura

PUNTI MID-DISKORS TAL-MINISTRU GHAT-TURIŻMU MICHAEL REFALO WAQT IT-TNEDIJA TA? BROCHURE MILL-KUNSILL LOKALI TAL-MOSTA DWAR SEHEM IL-KUNSILLI LOKALI FIT-TWESSIEGĦ U TKABBIR TA? L-OFFERTA TURISTIKA TAL-GŻEJJER MALTIN - 5 TA? GUNJU 2000

PR0787
Date Icon 06/06/2000

PUNTI MID-DISKORS TAL-MINISTRU GHAT-TURIŻMU MICHAEL REFALO WAQT IT-TNEDIJA TA' BROCHURE MILL-KUNSILL LOKALI TAL-MOSTA DWAR SEHEM IL-KUNSILLI LOKALI FIT-TWESSIEG'� U TKABBIR TA' L-OFFERTA TURISTIKA TAL-GŻEJJER MALTIN - 5 TA' GUNJU 2000

  1. Tant hemm x'tara' f'Malta u Għawdex li tista' xxebbaħhom ma' mużew fl-apert.

  2. Kull roqgħa ta' Malta għandha l-istorja tagħha, biċċa mill-mużajk tal-kultura tagħna, minn nis'a li tagħmilna nazzjon u tixhed l-identita' individwali ta' Malta u l-Maltin.

  3. It-turiżmu jitma' lil kulħadd u jitrejjaq minn kull għajn.

  4. Spiċċa ż-żmien li min jivvja''a jfittex biss ix-xemx, il-baħar u l-mistrieħ. Il-vja''atur ta' llum ifittex esperjenza. Dik il-ħa'a li tagħmel post, pajjiż, raħal, belt, differenti minn ieħor, li tfakkrek fih.

  5. Kull raħal u belt f'Malta u Għawdex għandhom x'juru, dak li jiftaħru bih, xi rakkont, le''enda jew biċċa mill-istorja. Tkunx drawwa, tradizzjoni, folklor, arkitettura, ambjent, sengħa, għodod, mhuwiex materjali. L-aqwa li jkun ta' interess u awtentika.

  6. L-offerta turistika ta' Malta hi magħmula minn dak kollu li jeżisti fil-pajjiż u minn nies li jgħammru fih.

  7. Bit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali t-turiżmu akkwista struttura li twasslu għand kulħadd u twassal lil kollox u lil kulħadd għandu.

  8. Fl-aħħar xhur li kont responsabbli għall-kultura bdejt inħejji kif inwassal wirt artna u l-poplu tagħna lil min ji'i jżurna.

  9. Xi sena ilu er'ajt bdejt id-diskors ma' sieħbi Austin Gatt u bħalissa qegħdin noqorbu fi tmiem pro'ett li għandu jwassal biex kull lokalita', jew grupp ta' lokalitajiet f'Malta u Għawdex ikollhom brochure tagħhom, kif ukoll nimplimentaw sistema kif inħajru lit-turisti jżuru kull lokalita' f'Malta u Għawdex.

  10. Il-Mostin ma qagħdux jistennew. Il-Kunsill Lokali tella' brochure li jxandar u jiftaħar b'ħafna mill-għona tal-Mosta. Prosit - Hemm post għal kollox u għalhekk 'ejt biex inniedi din il-pubblikazzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow