IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI EDWIN VASSALLO IWIEGEB GHAD-DISKORS TAL-KAP TA? L-OPPOZIZZJONI
IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU G'�AS-SERVIZZI EKONOMIĊI EDWIN VASSALLO IWIEGEB G'�AD-DISKORS TAL-KAP TA' L-OPPOŻIZZJONI
Fid-diskors tiegħu tal-bieraħ il-Kap ta' l-oppożizzjoni, meta kien qiegħed jitkellem dwar il-kompetizzjoni tal-ħwienet iż-żgħar ma' programmi tat-teleshopping, kien qiegħed jipprova jbeżża' lil tal-ħwienet bil-babaw.
Jiddispjaċini li l-kap ta' l-oppożizzjoni, li nistenna li jkun jaf aħjar, jaqa' biex jitkellem rigward il-kompetizzjoni tal-ħwienet ma' sistema tat-teleshopping daqs li kieku din hija xi nvenzjoni 'dida li qed tinħoloq issa. Il-programmi tat-teleshopping ilhom żmien jeżistu u ma nistgħux nitkellmu llum fuq dak li ilu jeżisti daqs li kieku beda llum. Dawn il-programmi huma mod ieħor ta' reklamar, u qiegħed ikun servizz użat mill-istess bejjiegħa.
Il-kompetizzjoni hija rejalta' li kull negozju jrid iħabbat wiċċu magħha. Il-Gvern għaldaqstant huwa mpenjat li jgħin lil kull settur tan-negozju jifhem aħjar il-ħtie'a li jkun organizzat u għalhekk aktar kompetitiv. Fir-rejalta' tal-kompetizzjoni kummerċjali t-taqbida mhix bejn il-kbir u ż-żgħir fin-negozju imma bejn min hu organizzat u dak diżorganizzat.
Huwa fatt li l-mezzi tax-xandir u l-computer u l-użu ta' l-internet qegħdin ji'u wżati biex permezz tagħhom il-bejgħ ta' prodotti u servizzi jkun aktar iffaċilitat. Dan l-iżvilupp ma jistgħax ji'i mwaqqaf iżda l-Gvern huwa mpenjat li jara li l-konsumatur ser ikun imħares biex id-drittijiet tiegħu ma jkunu qatt imċaħħda kif ukoll s-sidien tal-ħwienet ikollhom l-aħjar aċċess għal dawn il-faċilitajiet li l-iżvilupp teknolo'iku qiegħed joħloq.#
Qiegħed insegwi kull żvilupp li qiegħed isir u rrid niċħad l-allegazzjoni tal-kap ta' l-oppożizzjoni li l-Gvern mhux jikkomunika mas-settur tan-negozju anzi bil-kuntrarju, hu l-impenn tiegħi li nara li b'kull mod possibli nkunu disponibbli biex l-informazzjoni tkun tista' tasal lis-settur tan-negozju. Inħe''e' iktar imprendituri biex jattendu għal-laqgħat ta' informazzjoni li qegħdin ikunu organizzati. Is-Small Business Unit qiegħed jorganizza kontinwament programmi ta' laqgħat mas-settur kummerċjali u nawgura l-kompetizzjoni fin-negozju tagħna biex aktar imprendituri jkunu konxji tal-ħtie'a ta' l-informazzjoni
Lis-settur tan-negozju ma nkunux qegħdin ngħinuh meta nippruvaw inbeżżgħuh bl-istess għodda li qiegħed jinqeda biha fl-attivita' kummerċjali tiegħu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN