AKTAR MINN 50 PULIZIJA JIBDEW PATROLS FIZ-ZONI TA' VILLEGJATURA
AKTAR MINN 50 PULIZIJA JIBDEW PATROLS FIZ-ZONI TA' VILLEGJATURA
Ghat-tieni sena konsekuttiva grupp ta' aktar minn 50 pulizija qed ikunu dettaljati f'diversi zoni, l-aktar dawk turistici, sabiex jaghmlu r-ronda b'diversi mezzi u f'zoni specifici matul il-gurnata u tard bil-lejl.
L-ghan ewlieni ta' din ir-ronda hi dik li jizdied il-kuntatt mal-pubbliku u tkun imharsa l-ligi. Ir-ronda qed issir kemm bil-mixi (foot patrol) kif ukoll permezz tal-muturi u karozzi tal-mobile.
Ta' min ighid li meta dan it-tip ta' patrol beda jsir mill-Pulizija ghall-ewwel darba, is-sena li ghaddiet, is-serq minn dawn iz-zoni naqas bi tletin fil-mija fuq is-sena ta' qabel. Statistika ufficjali tal-Pulizija uriet li filwaqt li n-numru ta' serqiet minn fuq ix-xtut bejn Lulju u Awissu tal-1998 kien ta' 341, dan nizel ghal 236 matul is-Sajf tas-sena li ghaddiet.
Din il-mizura li dahlet fis-sehh mil-lum il-5 ta' Gunju qed issehh b'ko-ordinazzjoni bejn id-diversi taqsimiet tal-Korp.
Il-patrols qed isiru kuljum b'zewg xiftijiet differenti f'dawn il-lokalitajiet: Marsaskala, Ta' Sliema, Birzebbugia, San Giljan, Bugibba, Xemxija, Marsaxlokk u x-Xghajra.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN