Left arrow Mur Lura

TITWAQQAF FONDAZZJONI GHALL-KONSERVAZZJONI TA? L-GHASAFAR

PR0774
Date Icon 02/06/2000

TITWAQQAF FONDAZZJONI GHALL-KONSERVAZZJONI TA' L-GHASAFAR

Il-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba Konservazzjonisti u Birdlife Malta waqqfu bejniethom Fondazzjoni għall-Konservazzjoni tal-Għasafar bl-iskop li jippromwovu u jamministraw pro'etti li dwarhom jistgħu jaqblu ż-żew' partijiet.

Din il-Fondazzjoni, li tnediet waqt konferenza ta' l-aħbarijiet preseduta mill-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech, twaqqfet wara sensiela twila ta' diskussjonijiet li saru, bl-inizjattiva tal-Ministeru għall-Ambjent, bejn il-Federazzjoni u Birdlife bl-iskop li tinħoloq klima ta' djalogu bejniethom u jfittxu dak li jistgħu jaqblu u jaħdmu dwaru flok ma jaħdmu kontra xulxin.

Il-Ministru Zammit Dimech iddeskriva dan il-pass min-naħa taż-żew' għaqdiet bħala sinjal ta' maturit'� minn żew' organizzazzjonijiet li tradizzjonalment kienu opposti għal xulxin u li issa qed jiltaqgħu biex jaraw fejn jistgħu jaqblu u jaħdmu flimkien. Hu żied li dan qed jagħmluh mingħajr ma jitilfu mill-identit'� tagħhom .

Hu għamilha ċara li l-ebda waħda minn dawn l-għaqdiet m'hi se tabdika mir-rwol u l-għanijiet tagħha. Li qed jagħmlu hu li qed jaqblu li għandu jkun struttura ta' kooperazzjoni regolari bejniethom.

Il-Ministru Zammit Dimech semma, fost l-oħrajn, li l-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba Konservazzjonisti u Birdlife Malta jaqblu li r-regolamenti preżenti dwar il-kaċċa u l-insib għandhom ikunu infurzati. Fl-istess waqt qed jaċċettaw u jaqblu li hemm għasafar li huma għall-kaċċa u oħrajn li m'humiex.

B'dan il-ħsieb u bi qbil dwar ħwejje' oħra, kompla l-Ministru għall-Ambjent, il-Federazzjoni u Birdlife waslu biex ħolqu din il-Fondazzjoni bl-iskop li jkunu mnedija pro'etti li jippromwovu dan il-ħsieb. Di''�, fil-fatt, tlestew proposti għal xi pro'etti li l-Ministeru aċċetta u se jappo''ja b'mod sħiħ.

Dawn il-pro'etti se jikkonsistu:

- it-trobbija u r-rilaxx ta' summien (Quail) biex ikunu ikkaċċjati lokalment;

pro'ett biex ikun introdott il-Barba'an (Barn Owl) li darba kien ibejjet f'pajjizna;

it-twaqqif ta' Bord biex jara li r-regolamenti preżenti dwar il-kaċċa u l- insib isiru b'mod 'ust u effikaċi.

Il-Ministru Zammit Dimech stqarr li Fondazzjoni bħal din hi meħtie'a f'soċjet'� fejn aktar ma jgħaddi ż-żmien jeħtie' li minflok konfrontazzjoni wieħed ifittex fejn hemm konsensus u jaħdem f'din id-direzzjoni.

Filwaqt li faħħar il-pass li qed jagħmlu dawn iż-żew' organizzazzjonijiet, il-Ministru Zammit Dimech stqarr li inizjattivi bħal dawn jirrikjedu kura'' minn dawk direttament konċernati u dan il-fatt għandu jkun rikonoxxut. Għalhekk, il-Gvern hu impenjat li jgħin b'kull mod biex inizjattivi bħal dawn jirnexxu.

Fl-istess waqt, hu esprima l-impenn tal-Gvern li l-wegħdiet li għamel għar-rigward tal-kaċċa u nsib jibdew jitwettqu.

Hu permezz ta' djalogu u azzjoni, tenna l-Ministru Zammit Dimech, li jista' jkollna tassew it-twettiq tal-ħarsien ambjentali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow