Left arrow Mur Lura

FTUH MILL-GDID TAS-SWALI 5/6 IRGIEL - RESIDENZA SAN VINCENZ DE PAUL

PR0771
Date Icon 02/06/2000

FTUH MILL-GDID TAS-SWALI 5/6 IRGIEL - RESIDENZA SAN VINCENZ DE PAUL

Il-lum il-Ġimgha 2 ta' Ġunju hija 'urnata ohra importanti ghal din ir-Residenza San Vincenz de Paul. Il-swali tal-ir'iel 5/6 qed jer'għu jilqghu fihom lil 45 residenti wara xoghol estensiv ta' refurbishment li sar. Residenza bhal din fejn għandek aktar minn 1000 anzjan/anzjana bilfors jeħtie' impenn kbir minn kulhadd speċjalment minn min hu responsabbli mit-tmexxija. Il-htigijiet u l-aspettattivi tal-anzjani, kemm mediċi, fiziċi, kif ukoll ambjentali huma kbar.

Is-Segretarju Parlamentari Dr. Antoine Mifsud Bonnici qal li huwa l-iskop tal-Gvern preżenti li jkompli jwettaq pro'etti ta' titjib f'din ir-residenza li minnhom igawdu l-istess anzjani, u jgawdu kwalita` ta' hajja mill-ahjar. Kien ghalhekk li mill-bidu ta' din is-sena saru revizjonijiet fil-kontribuzzjoni tar-residenti ghall-fond tal-Welfare Committee biex issa dawn gew l-istess bhal dak li jhallsu l-anzjani fid-djar residenzjali tal-Gvern. Il-flus kollha li jidħlu minn dawn il-kontribuzzjonijiet qeghdin jer'ghu ji'u nvestiti f'refurbishing u modernizzar tal-Wards.

Fir-refurbishment tal-Wards 5/6 tal-ir'iel, intefqu madwar Lm35,000. Ix-xoghol principali sar kollu mill-haddiema ta San Vincenz u tlesta fi zmien xaghrejn. Sar xoghol strutturali mil-gdid, tibjid, tibdil fis-sistema tad- dawl u ilma, nurse call system f'kull kamra, ghamara, purtieri kif ukoll 'iet installata sistema ta' arja kundizzjonata f'kull kamra.

Pro'ett kbir li mistenni jkun lest ghall-ahhar tas-sena huwa l-progett tal-Millenju ghal din ir-residenza - il-bini ta' blokk bi tlett sulari se jiswa madwar Lm1.5m u li se jkollu 120 sodda mifruxa fuq 3 sulari.

L-għaqda "Hbieb ta' San Vincenz de Paul" twaqqfet erba' snin ilu bil-ghan li toħloq ambjent aħjar u tghin lir-residenti fil-problemi taghhom kemm personali u kollettivament. Il-lum is-Sindku ta' '�al-Luqa irregala ħames cordless telephones lil din l-ghaqda li min-naha taghha qed tghaddihom lis-Segretarju Parlamentari Dr. Antoine Mifsud Bonnici ghall-uzu f'dawn is-swali. Dr. Mifsud Bonnici fahhar is-sehem ta' din l-ghaqda volontarja għall-hidma taghha favur l-anzjani residenti.

F'diskors li ghamel ghall-okkazzjoni, il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali Lawrence Gonzi accenna ghall-fatt li l-Gvern irid itejjeb il-kwalita` tal-hajja ta' persuni anzjani, mhux biss bl-ghoti ta' beneficcji finanzjarji imma wkoll permezz ta' titjib fil-kundizzjonijiet li fihom jabitaw. Dan japplika wkoll ghas-Servizzi Residenzjali ghall-Anzjani li l-Gvern hu kommess li jtejjeb kemm fuq livell fiziku kif ukoll mill-lat ta' servizzi li jinghataw.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow