Left arrow Mur Lura

DELEGAZZJONI CINIZA DWAR L-EDUKAZZJONI ZZUR MALTA

PR0770
Date Icon 02/06/2000

DELEGAZZJONI CINIZA DWAR L-EDUKAZZJONI ZZUR MALTA

 Ghall-ewwel darba, delegazzjoni ciniza ta' hames esperti fil-qasam edukattiv qed izzur Malta biex tiddiskuti temi ta' interess komuni u biex tesplora possibbiltajiet ta' aktar kooperazzjoni bejn iz-zewg pajjizi.

Waqt laqgha mal-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Dr. Louis Galea, hiet diskussa l-possibbilta' li f'Malta jitwaqqaf centru ta' Kultura ciniza biex joktor l-gharfien ta' wahda mill-akbar kulturi tad-dinja kif ukoll biex isir possibbli t-taghlim tal-lingwa ciniza f'Malta, anke bhala centru bazi ghar-rehjun tal-Mediterran. gie diskuss kif jistghu jizdiedu l-iskambji ta' zghazagh, studenti u esperti fl-edukazzjoni bejn iz-zewg pajjizi.

Id-Delegazzjoni ciniza offriet li tircievi studenti Maltin biex jistudjaw fic-cina kif ukoll li tibghat l-ahjar ghalliema tal-lingwa u kultura ciniza f'Malta. Il-Ministru wera x-xewqa li studenti cinizi jigu Malta biex jistudjaw il-lingwa Ingliza. Id-Delegazzjoni ciniza tixtieq li jkun hemm diskussjonijiet dwar rikonoxximent reciproku ta' kwalifiki bejn iz-zewh pajjizi, suggett li ghandu jkun ittrattat aktar fil-fond ma' l-awtoritajiet koncernati. Id-Delegazzjoni wriet interess partikulari f'xi korsijiet li toffri l-Unviersita' ta' Malta. Iz-zewh nahat apprezzaw ir-relazzjonijiet mill-ahjar li jezistu bejn iz-zew[ pajjizi u indikaw kif dawn ir-relazzjonijiet jistghu jkomplu jissahhu 'l quddiem f'diversi oqsma, partikolarment fil-qasam edukattiv.

Id-Delegazzjoni Ciniza ntlaqghet ukoll mill-President tar-Repubblika, L-E.T. Prof. Guido De Marco.

Id-delegazzjoni ciniza hija mmexxija minn Wang Yongda, li hu Deputat Direttur generali mid-Dipartiment tal-Kooperazzjoni u Tibdil ta' Personnel fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Fid-delegazzjoni hemm esperti minn Universitajiet li joffru korsijiet ghall-ghalliema kif ukoll mill-oqsma ta' edukazzjoni vokazzjonali u edukazzjoni ghall-adulti.

Id-delegazzjoni qed ikollha diskussjonijiet ma' awtoritajiet edukattivi fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni mmexxija mis-Segretarju Permanenti, is-Sur Paul A. Attard, u ghamlet zjarat fi skejjel kif ukoll iltaqghet ma' l-oghla awtoritajiet ta' l-Universita'.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow