IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JESMOND MUGLIETT JIFRAH LIL MANTY BUGEJA
IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JESMOND MUGLIETT JIFRAH LIL MANTY BUGEJA
Wara l-ahbar sabiha dwar Manty Bugeja flimkien mat-team tieghu fejn kisru r-rekord nazzjonali, sar maghruf ukoll illi Manty Bugeja issa sar FIA Champion Ewropew fit-Top Methanol Drag Racing. Dan is-success internazzjonali ghandu jitqies bhala wiehed importanti hafna ghall-iSport Malti ghaliex dan is-sewwieq irnexxielu jikseb l-ahjar hin ta' 5.84 sekondi minn fost numru sostanzjali ta' partecipanti ohrajn fosthom l-Ingilterra, l-Germanja, d-Danimarka, Svezja u ohrajn.
Filwaqt li baghat jifrah lil Manty Bugeja ghal dan is-success Ewropew, is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Jesmond Mugliett esprima s-sodisfazzjon tieghu ghaliex issa ghandna wkoll ChampionEwropew f'dixxiplina ohra wara s-success ta' Sue Abela fil-Bowling, u kif ukoll Carol Galea li ftit tal-jiem ilu rebhet in-Nofs Maratona fil-World Veterans Championships. Dawn is-successi ghandhom ikunu mudell ghall-atleti Maltin kollha, fid-dixxiplini varji meta jirrapprezentaw lill-pajjizna barra minn xtutna, sabiex jaghmlu hilithom kollha waqt il-partecipazzjoninijiet varji taghhom, temm ighid is-Segretarju Parlamentari Mugliett li bhalissa qed jattendi ghall l-Special Olympics fi Groenningen l-Olanda, fejn kellu x-xorti li jipprezenta lill xi atleti Maltin b'midalji tad-deheb u bronz.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN