Left arrow Mur Lura

DEPLOYMENT TA? NURSES FL-ISPTAR MONTE CARMELI

PR0762
Date Icon 01/06/2000

DEPLOYMENT TA' NURSES FL-ISPTAR MONTE CARMELI

Wara jiem ta' laqghat mal-medjatur intlahaq ftehim bazi li fuqu setghu jsiru diskussjonijiet biex jigu imwittija l-punti ta' differenza li kien hemm bejn id-Divizjoni tas-Sahha u l-Malta Union of Midwives and Nurses u l-General Workers Union li kien iffirmat fis-16 ta' April. Il-punti ta' divergenza bejn iz-zewg partijiet skond dan il-ftehim kienu jirrigwardaw l-allokazzjoni ta' Nurses fil- Female Ward 10, li n-Nurses fir-reliever pool li gew assenjati fis-swali Male 3A u 3B jahdmu preferribilment f'dawn is-swali, ir-roster ta' xoghol tan-Nurses li jahdmu fil-Male Ward 6 u li jkun hemm nurses assenjati fir-releaver pool ghas swali 7, 8 u Juvenile fuq l-istess bazi bhal dawk assenjati ghas-swali 3A u 3 B .

Id-Divizjoni tas-Sahha min naha taghha insistiet li tkun lesta li tidhol f'diskussjonijiet fuq dawn il-punti la darba l-unions jirtiraw id-direttivi taghhom u dik il-parti tal-ftehim tas-16 ta' April li kien hemm qbil fuqha tigi implimentata . Ghaldaqstant id-Divizjoni kienet qed tistenna li meta jigu sospizi id-direttivi l-istaff kollu li kellu jicaqlaq skond id-deployment exercise kif propost mid-Divizjoni kellu fil-fatt jiccaqlaq. Id-Divizjoni accettat li dak l-istaff li c-caqlieq tieghu kien konness mal-punti li fuqhom ma sarx ftehim jibqa ma jiccaqlaqx.

Qabel ma bdew is-diskussjonijiet id-Divizjoni tas-Sahha innutat li hadd mill-istaff li kellu jiccaqlaq ma kien fil-fatt iccaqlaq wara li l-unions irtiraw id-direttivi taghhom. Wara li permezz tal-medjatur ingibdet l-attenzjoni tal-unions, il-unions accettaw li ftit mill-istaff jiccaqlaq, izda dawk l-istaff li jahdmu fis-swali 3A, 3B, 7, 8 u Juvenile u li ma humiex konnessi b'xi mod mar-reliever pool kellhom jibqghu ma jiccaqalqux . Id-Divizjoni tas-Sahha min-naha taghha insistiet li c-caqlieq ta' dan l-istaff kien parti mid-deployment exercise u ghalhekk kien jifforma parti mil-ftehim tas-16 ta' April. Kellu jkun biss dak l-istaff li c-caqlieq tieghu kien ghal go r-reliever pool li ma kellux jiccaqlaq. Id-Direttur Generali ma setax jaccetta li filwaqt li ntlahaq ftehim li fuq is-swali 7, 8 u Juvenile kellu jkun hemm jahdmu 15-il nurse, wara li gew irtirati d-direttivi fuq dawn is-swali jibqghu jahdmu 22 nurse kif kien hemm waqt l-azzjoniiet. Deher car li l-Unions kienu ghal darba'ohra qed iharsu l-interessi ta' ftit individwi b'detriment ghall-interessi ta' l-infermiera kollha u l-pazjenti ta' l-isptar Monte Carmeli. Wara diskussjoni twila iz-zewg nahat zammew il-pozizzjonijiet taghhom u ghalhekk ma bdew l-ebda negozjati fuq il-punti pendenti mill-ftehim tas-16 ta' April.

Id-Direttur Generali tas-Sahha dal-ghodu informa lill-medjatur li huwa ma kienx f'pozizzjoni li jiltaqa' mal-unions waqt li l-azzjonijiet industrijali gew irtirati biss b'mod parzjali. Huwa nforma l-medjatur ukoll li jekk il-punti li gew miftehma li jkunu l-bazi ghall-ftuh ta' negozjati jigu kollha sodisfatti, hu jkun dispost li jiltaqa' mal-unions minnufih.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow