PUNTI MID-DISKORS LI GHAMEL IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI, EDWIN VASSALLO, WAQT PRESS BRIEFING DWAR L-ORGANIZAZZJONI TAS-SWIEQ.
PUNTI MID-DISKORS LI GHAMEL IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU '�AS-SERVIZZI EKONOMIĊI, EDWIN VASSALLO, WAQT PRESS BRIEFING DWAR L-ORGANIZAZZJONI TAS-SWIEQ
Fl-impenn tagħna li norganizzaw is-setturi tan-negozju, qegħdin naraw ukoll li bl-istess attenzjoni s-settur tal-bejjiegħa fis-swieq ikun organizzat ukoll. F'Malta għandna 1687 liċenzji ta' bejjiegħa fis-swieq (Hawkers). Qegħdin naraw kif dan il-proċess ta' organizazzjoni tas-swieq jiffaċilita l-ħidma tal-bejjiegħa fil-lokalitajiet u jnaqqas kemm jista' jkun l-inkonvenjent li joħloq suq għall-lokalita'. Irridu naraw li l-kummerċ li jinħoloq fil-monti jkollu l-istess regolamenti u drittijiet li jirregolaw il-kummerċ fil-ħwienet.
B'kollox f'Malta għandna swieq f'sittax il-lokalita' differenti u kollha għandhom sitwazzjonijiet li jappartjenu għal dak il-post partikulari. Izda hemm ukoll ċirkustanzi li huma komuni tista' tgħid għall-lokalitajiet kollha u din il-ħidma qed tara li primarjament tindirizza dawn il-problemi fuq livell nazzjonali.
'�alhekk l-għanijiet ta' din il-ħidma huma li
jnaqqsu l-inkonvenjent li joħolqu dawn is-swieq għar-residenti u l-bejjiegħa tal-ħwienet tal-lokal u naraw li verament jaqdu l-iskop soċjali u ekonomiku tagħhom.
tassigura li l-bejjiegħa jkunu konxji ta' l-indafa fil-post fejn jarmaw skond l-obligazzjonijiet li għandhom fil-liċenzja.
tara li jkun hemm sistema ta' management tas-swieq flimkien mal-Kunsilli Lokali f'lokalitajiet differenti. Kwazi f'kull lokalita' fejn jarma monti, flimkien mal-Kunsilli Lokali u l-Pulizija tlestiet ħidma biex ji'u definiti l-konfini sa fejn għandu jintrama s-suq. B'hekk kellu ji'i assigurat li l-ispazju tal-monti ma jibqax jikber iktar milli kien hemm qbil.
Tara li l-bejjiegħa tal-monti jagħrfu iktar id-dmirijiet u l-obbligazzjonijiet li għandhom u għaldaqstant ikunu kapaċi jiregolaw lilhom infushom u jikkonformaw mal-ħti'ijiet tal-komunita u tas-suq.
Meta jitlesta dan il-proċess ta' l-organizzazzjoni tas-swieq ikunu jistgħu jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-liċenzji tal-bejjiegħa tas-swieq (ħawkers) li bħalissa huma magħluqin. Qegħdin ji'u identifikati lokalitajiet fejn jista' jingħata permess li jintramaw swieq oħra.
Il-monti ta' Birżebbu'ia huwa mudell ta' kif irridu li ji'u swieq f'lokalitajiet oħra. Huwa evidenti l-organizzazzjoni li teżisti f'dan il-lokal u nispera li din il-ħidma twassal għall-suċċessi oħra. Dan huwa ta' sodisfazzjon għalija, għall-Kunsill ta' dan il-lokal u għall-istess residenti li jinqdew minn dan is-suq.
Kull tibdil qed ikun magħmul b'konsultazzjoni ma' l-assoċjazzjoni tal-bejjiegħa tal-Monti, il-Kunsill Lokali u l-Pulizija ta' kull lokalita'.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN