IL-MINISTRU TAL-POLITIKA SOCJALI U C-CHAIRPERSON TA? L-AWTORITA? TAD-DJAR JINDIRIZZAW KONFERENZA DWAR L-ISKEMA TA? L-AWTORITA? TAD-DJAR GHALL-BEJGH TA? 215-IL UNIT MADWAR MALTA U GHAWDEX
IL-MINISTRU TAL-POLITIKA SOCJALI U C-CHAIRPERSON TA' L-AWTORITA' TAD-DJAR JINDIRIZZAW KONFERENZA DWAR L-ISKEMA TA' L-AWTORITA' TAD-DJAR GHALL-BEJGH TA' 215-IL UNIT MADWAR MALTA U GHAWDEX
L-Awtorita´ tad-Djar illum habbret il-bejgh gdid ta' 167 appartament, 44 maisonettes, zewgt idjar u zewg cluster houses, li ser jinbieghu lill-pubbliku bi prezzijiet sussidjati sa 50%. Bhal fi snin ta' qabel, il-harga ta' dawn il-postijiet ser tkun allokata bis-sistema ta' punti. Din il-harga gdida kienet imnedija mill-Ministru tal-Politika Socjali, Dr. Lawrence Gonzi, flimkien mac-Chairperson ta' l-Awtorita´, is-sinjura Marisa Micallef Leyson, waqt konferenza ghall-ahbarijiet li saret gewwa Habitat Hall fil-Furjana.
Il-Ministru ghall-Politika Socjali ddeskriva dan il-bejgh bhala prova tad-direzzjoni tal-Gvern fil-qasam tad-Djar. Huwa qal li matul dawn l-ahhar tmintax-il xahar gew riveduti l-principji u l-processi amministrattivi tas-settur tad-djar u b'konsegwenza ta' dan gew raffinati u mtejba skemi ezistenti filwaqt li nholqu skemi u progetti godda. Huwa qal li fil-qofol tal-politika tal-Gvern f'dan il-qasam hemm l-ghajnuna ghall-dawk li huma l-aktar vulnerabbli fis-socjeta` sabiex il-gid jinqasam bejn kulhadd u kulhadd igorr is-sehem tieghu.. Il-Ministru Gonzi qal li l-qofol ta' dan il-process ta' revizjoni lahaq il-qofol tieghu matul il-Konferenza Nazzjonali dwar il-Housing li saret f'Ottubru li ghadda.
Il-Ministru Gonzi nnota li x-xoghol qed isir b'hafna kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Intern u mal-Ministru ghall-Gvern Lokali. Huwa tenna li din il-kollaborazzjoni tawgura tajjeb ghat-tiftix ta' soluzzjonijiet komprensivi f'qasam tant kumpless bhall-qasam tad-djar.
Il-Ministru ghall-Politika Socjali qal li bhalissa qed jinhmew diversi riformi fosthom, riforma fis-sistema ghall-ghoti tal-punti, il-holqien ta' kwota ta' 20 fil-mija, liema persentagg jirraprezenta l-ammont ta' units li jkunu mibnija ghall-familji zghar, persuni li jghixu wahidhom u persuni bi bzonnijiet specjali, l-uzu ta' propjeta' minghajr sid iddikjarat ghall-iskopijiet ta' akkomodazzjoni socjali, u l-amalgamazzjoni tad-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni socjali ma' l-Awtorita' tad-Djar.
Hija w tindirizza l-konferenza ta' l-ahbarijiet, is-sinjura Micallef Leyson qalet li "din il-harga ta' bejgh ta' propjeta´ mistennija tghin lil dawk li mhumiex f'pozizzjoni li jixtru l-propjeta` taghhom. Dan jifforma wkoll parti mill-impenn taghna li nipprovdu opportunitajiet ta' housing specjalment lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli fis-socjeta` taghna. Fil-fatt, l-Awtorita´ rriservat 12% tal-units ghal dawk li ghandhom xi dizabilita` jew ghal dawk li ghandhom membru fil-familja li jbati b'xi dizabilita`. Il-kategorija ta' single parents giet mtella minn 5% ghal 8%. L-applikanti f'din l-ahhar kategorija jistghu jibbenefikaw minn sussidju iehor ta' Lm1,200 li jigu allokati sabiex isir tibdil strutturali li jaghmel il-propjeta aktar adekwata ghal bzonnijiet tieghu jew taghha.
Is-sinjura Micallef Leyson habbret li, "din il-harga tinkludi 18-il maisonette f'Malta, li sittax minnhom ghandhom 3 kmamar tas-sodda u tnejn li ghandhom 2 kmamar tas-sodda, 26 maisonette bi tlett kmamar tas-sodda f'Ghawdex, 153 appartament bi 3 kmamar tas-sodda u 14-il appartament b'2 kmamar tas-sodda, dar bi tlett kmamar tas-sodda, dar b'4 kmamar tas-sodda, cluster house b'kamra tas-sodda wahda u ohra b'2 kmamar tas-sodda. Ftit minn din il-propjeta´ tinkludi wkoll garaxxijiet. Il-propjeta` f'din il-harga tinsab f'Birzebbuga, Bugibba, Bormla, Hal Kirkop, Pembroke, il-Qawra, Santa Lucija u x-Xewkija f'Ghawdex."
Din il-harga hija miftuha ghal koppji mizzewgin, koppji gharajjes u individwi mizzewga li huma separati kemm b'mod legali kif ukoll de facto u li ghandhom it-tfal li mhumiex mizzewgin ighixu maghhom. Din il-harga hija wkoll miftuha ghal individwi li hassru l-gherusija jew iz-zwieg taghhom jew li annullaw iz-zwieg taghhom u li minhabba l-gherusija jew iz-zwieg taghhom, kienu bbenefikaw minn xi skema ta' l-Awtorita´.
Biex wiehed jibbenefika minn din l-offerta, fost il-kundizzjonijiet li hemm, id-dhul annwali ta' l-applikant ghas-sena 1999 ma jridx ikun jeccedi s-Lm7,000 filwaqt li l-assi totali ma jridux jeccedu t-Lm12,000. Fil-kaz ta' koppji gharajjes fejn it-tnejn ghandhom impjieg fiss, jigi kkunsidrat nofs is-salarju ta' dak li ghandu l-inqas paga. Kontribuzzjoni tas-Sigurta´Socjali, ghajnuna ghal xi dizabilita` jew xi beneficcji socjali ohra li l-Awtorita´ thoss li ghandhom ikunu kkunsidrati, jitnaqqsu mis-salarju annwali. Dawk l-applikanti li jaghzlu li ma jissellfux mar-rata sussidjata, jinghataw sussidju extra ta' 10% fuq il-prezz sussidjat. Barra minn dan, ghall-ewwel darba, applikanti ser ikun jistghu japplikaw ghall-self sa' 100% fuq ix-xiri ta' postijiet minghand l-Awtorita', naturalment bl-ghoti ta' self bhal dan f'idejn Alan id-diskrezzjoni tal-Banek.
Il-maisonettes se jinbieghu shell, filwaqt li l-appartamenti, b'eccezzjoni ghal dawk f'Bugibba, il-cluster houses u d-djar, se jinbieghu lesti izda minghajr il-kmamar tal-banju. Il-prezz ta' maisonetteivarja bejn Lm9,500 ghal Lm19,000, filwaqt li l-prezz ta' l-appartamenti u l-cluster houses ivarja bejn Lm9,000 u Lm36,000.
Bhal hargiet ta' qabel, wiehed jista' jikseb aktar informazzjoni permezz ta' l-information packs li jinkludu l-kundizzjonijiet, il-pjanti tas-sit ta' kull propjeta´ u formola ta' l-applikazzjoni minghand l-Awtorita´tad-Djar fil-Furjana minn nhar it-Tnejn, 5 ta' Gunju 2000. L-Awtorita´tad-Djar se tkun qed tilqa' l-applikazzjonijiet mit-Tnejn 19 ta' Gunju 2000 skond il-kunjom ta' l-applikant.
Wiehed jista' jara l-pjanti tas-sit ta' kull propjeta´ gewwa Habitat Hall, Binja Filippo Sciberras, Pjazza Filippo Sciberras, Furjana. Aktar dettalji dwar din il-harga jistghu jinkisbu mill-customer service unitta' l-Awtorita´.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN