Left arrow Mur Lura

IL-KUMITAT TAT-TMEXXIJA TA' L-ISPTAR SAN LUQA JNIEDI DOKUMENT GHAL KOMUNIKAZZJONI AHJAR BEJN ID-DIPARTIMENTI TA' L-ISPTAR

PR0750
Date Icon 31/05/2000

IL-KUMITAT TAT-TMEXXIJA TA' L-ISPTAR SAN LUQA JNIEDI DOKUMENT GHAL KOMUNIKAZZJONI AHJAR BEJN ID-DIPARTIMENTI TA' L-ISPTAR

 Fit-3 xhur li ilu mwaqqaf il-Kumitat ta' Tmexxija ta' l-Isptar San Luqa mhux biss beda jahdem fuq ir-riformi necessarji, fosthom fid-Dipartiment ta' l-Out Patients, imma wkoll nieda dokument li jassigura li fl-isptar kulhadd ikun konxju minn dak li qed isir u kulhadd jista' jhossu partecipi fil-bidliet.

Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara, meta dalghodu kien ipprezentat b'kopja ta' dokument pubblikat mill-Hospital Management Committee ta' l-Isptar San Luqa. Il-prezentazzjoni saret mic-Chairperson tal-Kumitat is-Sinjura Rose Anne Camilleri. Id-dokument jassigura li jkun hemm komunikazzjoni kontinwa fl-Isptar San Luqa biex l-id ix-xellugija tkun taf x'qed taghmel dik il-leminija. Hafna drabi r-riformi jiltaqghu ma' intoppi ghax mhux kulhadd ikun infurmat bizzejjed dwar l-ghan u l-implimentazzjoni taghhom.

Louis Deguara qal li wiehed mill-akbar nuqqasijiet fl-Isptar San Luqa kien in-nuqqas ta' komunikazzjoni. L-ebda dipartiment fl-Isptar ma jkun jaf bl-izviluppi li jkunu qed isehhu f'dipartimenti ohra u ghalhekk hafna drabi kien qed isir investiment doppju li jwassal ghall-hela u nuqqas ta' kontinwit'�.

Ezempju car ta' nuqqas ta' kommunikazzjoni, spjega l-Ministru Deguara tinsab fix-xiri ta' l-Isleep Laboratory. Hu qal li filwaqt li ix-xiri ta' dan l-apparat matul l-amministrazzjoni precedenti kien pass fid-direzzjoni t-tajba, hadd ma rrealizza li l-impjegati li ntbaghtu jistudjaw kif ihaddmuh huma dig'� okkupati l-hin kollu f'dipartiment iehor ta' l-isptar u ghalhekk filwaqt li l-apparat jinsab f'Malta m'hemm hadd min ihaddmu. Qabel wasal dan l-apparat lanqas saret konsultazzjoni serja fejn ser ikun installat. Dawn it-tip ta' zbalji, li jissarrfu f'hela ta' flus, jistghu jinqatghu biss jekk ikun hemm komunikazzjoni serja sostna l-Ministru Deguara.

 Id-dokument li fil-jiem li gejjin ser jitqassam lill-impjegati kollha ta' l-Isptar San Luqa jhares l-interess ta' kull impjegat fl-isptar, irrispettivament mill-grad tieghu u jaghti wkoll lok li kull min irid jista' jkun partecipi fir-riformi kollha li qed u ghad iridu jsiru. Dan jista' jsir kemm b'suggerimenti f'laqghat li ser isiru apposta kif ukoll permezz ta' laqghat li ser jibdew isiru minn zmien ghal zmien f'kull dipartiment li jopera fl-Isptar San Luqa. Il-minuti tal-laqghat iridu jghaddu kollha lill-kumitati li fl-organogramma stabbilita fid-dokument huma f'livell oghla. B'hekk ikun assigurat li dawk il-problemi li ma jissolvewx fid-dipartimenti jaslu ghand is-Senior Management Team u fl-istess hin ikun assigurat li dawn il-laqghat qeghdin jinzammu kif stabbilit fid-dokument.

Il-Ministru tas-Sahha fahhar l-inizjattiva tal-Kumitat li permezz ta' rapprezentant ta' l-Ufficcju tal-Customer Care fis-Senior Management Team ta' l-Isptar qed jaghti vuci lill-pazjent li huwa l-klijent ta' l-Isptar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow