L-ISTQARRIJA TAL-GWU
L-ISTQARRIJA TAL-GWU
Fl-istqarrija li ħar'et illum, il-GWU tgħid li l-Gvern qed iħoss tnaqqis fid-dħul tiegħu mill-VAT u t-taxxa fuq id-dħul. Dan m'hu xejn ħlief imma'inazzjoni tal-GWU. Fil-fatt il-Gvern sa l-aħħar t'April li għadda daħħal aktar mit-taxxa fuq id-dħul u mill-VAT milli daħħal is-sena li għaddiet.
Il-Gvern ħa miżuri alternattivi biex jassigura li l-pajjiż ikompli miexi lejn l-o''ettiv li jrid kull ħadd - il-kontroll ta' l-iżbilanċ finanzjarju.
L-azzjoni tal-GWU qed isservi biss biex il-pubbliku qed ikollu jissaporti l-iskomdu li jkollu ji'bor il-formoli tat-taxxa mill-għases u l-formoli tal-VAT mid-Dipartiment.
Li kieku l-Gvern kien veru qed isib diffikulta` ji'bor id-dħul tiegħu, il-GWU ma kien ikollha xejn biex tifraħ. Dan kien kieku jfisser spejjeż żejda lill-pajjiż li fl-aħħar mill-aħħar irid jagħmel tajjeb għalihom il-poplu.
Il-Gvern jirringrazzja lill-pubbliku għall-koperazzjoni fi żmien ta' dan l-iskomdu kapriċċuż li qed toħloq il-GWU.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN