XOGHLIJIET FL-ISPTAR IL-GDID F?TAL-QROQQ
XOGHLIJIET FL-ISPTAR IL-GDID F'TAL-QROQQ
Bejn nhar is-Sibt u l-Hadd li gej ser ikun organizzat open weekend fl-isptar il-gdid f'Tal-Qroqq bl-ghan li l-pubbliku jkun jista' jara x-xoghol li qed isir fuq dan l-akbar progett tax-xorta tieghu fl-Ewropa.
Dan habbru l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara waqt konferenza ta' l-ahbarijiet li matulha inghataw dettalji dwar ix-xoghlijiet li saru fl-ahhar xhur fuq dan il-progett.
Il-Ministru tas-Sahha qal li dawk li fi tmiem il-gimgha li gej ser izuru l-progett ser ikunu jistghu jaraw esebizzjoni dwar il-fazijiet differenti tax-xoghol fuq dan il-progett, esebizzjoni ohra dwar il-karrieri fis-settur tas-sahha u video li juri kif ser ikun l-isptar ladarba jitlesta. Barra minhekk f'wahda mis-swali ser ikun hemm esebita kamra tas-sodda li ser tkun mudell ta' kif ser ikunu l-kumplament tal-kmamar ladarba jitlesta l-isptar.
Minkejja li x-xoghol fuq il-bini ta' l-isptar mill-iffirmar tal-kuntratt 'l hawn zdied fir-ritmu, il-kumpanija Skanska qed issib nuqqas ta' haddiema li lesti li jahdmu fuq il-progett. Il-Ministru Deguara qal li fl-ahhar gimghat fil-gurnali lokali kien hemm sejha ghall-applikazzjonijiet ghal professjonisti kif ukoll haddiema tas-sengha mal-kumpanija izda n-numru ta' nies li applikaw kien hafna anqas min-numru li hemm bzonn. Hu kompla jghid li sa meta r-ritmu tax-xoghol fuq il-bini ta' l-isptar ikun lahaq il-massimu tieghu irid ikun hemm madwar 750 ruh jahdmu fuq il-progett; jekk dan in-numru ma jinstabx ser ikun difficli li l-progett jitlesta fiz-zmien ippjanat.
Il-Ministru Deguara habbar ukoll li nhar il-Hamis li gej ser izur dan il-progett il-President tar-Repubblika. Matul din il-gimgha wkoll ser izuru l-progett rapprezentanti tal-unions li ghandhom membri jahdmu fil-qasam tas-sahha.
Il-konferenza ta' l-ahbarijiet kienet indirizzata wkoll minn Manwel Attard, Kap Ezekuttiv tal-Fondazzjoni ghas-Servizzi Medici. Hu qal li minn meta kien iffirmat il-kuntratt, in-numru ta' haddiema fuq is-sit ta' l-isptar zdied minn 40 ghal 150.
Is-Sur Attard qal ukoll li minbarra x-xoghol ta' kostruzzjoni bhalissa ghaddejja attivit'� kontinwa fuq id-disinji dettaljati ta' l-isptar, biex ikunu jistghu jiddahhlu s-servizzi ta' l-elettriku u servizzi ohra. S'issa wkoll tlestew id-disinji kollha tad-dipartimenti u ghalhekk id-dettalji tas-56 dipartiment huma stabbiliti u fissi.
Qed isir xoghol biex ikunu preparati d-disinji interni u l-inventarji ta' kull kamra fl-isptar li jinkludu fost l-ohrajn il-kmamar tas-sodda. Sal-lum tlestew 60% tar-room layout ta' l-isptar kollu.
Matul dan il-perjodu wkoll inxtara apparat li qieghed jintuza fl-Ipstar San Luqa filwaqt li fil-gimghat li gejjin mistenni jinxtara aktar apparat fosthom CO2 laser u 3D Volume Scan Ultrasound Machine li sal-lum m'hawnx bhalhom f'Malta.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN