Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MID-DIVIZJONI TAS-SAHHA DWAR IL-KIRI TAL-MAKNA BIEX JIBDA JIGI OFFRUT IS-SERVIZZ TA? MAGNETIC RESONANCE IMAGING (MRI)

PR0724
Date Icon 26/05/2000

STQARRIJA MID-DIVIZJONI TAS-SAHHA DWAR IL-KIRI TAL-MAKNA BIEX JIBDA JIGI OFFRUT IS-SERVIZZ TA' MAGNETIC RESONANCE IMAGING (MRI)

 Il-kiri tal-makna li giet inawgurata il-bierah, 25 ta' Mejju 2000, biex jibda jigi offrut is-servizz ta'Magnetic Resonance Imaging (MRI) gewwa l-isptar San Luqa huwa Lm125,000 orhos milli kieku il-makna inxtrat.

Id-Divizjoni tas-Sahha qeghda tikkoregi d-diversi figuri zbaljati li gew ikkwotati. Il-figuri huma f'Liri Maltin, konvertiti mill-prezz ta' l-offerti li kienu f'Dollari Amerikani, skond ir-rata tal-kambju ta' 2.25 Dollari Amerikani ghal kull Lira Maltija. Il-prezzijiet ikkwotati jinkludu il-makna, il-kamra u l-bazi specjali li tinhtieg, l-ispejjez ta' trasport u cranage mill-Istati Uniti ghal Malta, u tliet snin ta' manutenzjoni kompluta inkluz spare parts u l-helium.

Il-prezz totali ghal xiri ta' GE 1.5 Tesla MRI Unit skond it-tender ippublikat fl-1997 kien ikun ta' Lm1,177,000.

Il-prezz ghal kiri ta' GE Signa 1.5 Tesla MRI Unit ghal tlett snin huwa ta' LM784,889 filwaqt li jekk id-Divizjoni tas-Sahha tiddeciedi li tixtri l-apparat meta tintemm il-kirja, il-prezz tax-xiri ikun Lm266,667. Ghalhekk l-ispiza totali tilhaq Lm1,051,556. Dan huwa skond il-letter of acceptance mahruga f'Lulju 1999.

Ghaldaqstant l-option maghzula mid-Divizjoni tas-Sahha hija Lm125,000 orhos jekk id-Divizjoni tas-Sahha tiddeciedi li tixtri il-makna wara tliet snin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow