L-ONOR. MINISTRU NINU ZAMMIT IQASSAM IL-HATRIET LILL-IMPJEGATI F?DIVERSI DIPARTIMENTI TAL-BIEDJA U S-SAJD
L-ONOR. MINISTRU NINU ZAMMIT IQASSAM IL-HATRIET LILL-IMPJEGATI F'DIVERSI DIPARTIMENTI TAL-BIEDJA U S-SAJD
Il-Ministru tal-Biedja u s-Sajd, il-Perit Ninu Zammit ipprezenta numru ta' hatriet godda lill-64 impjegat li jahdmu fid-Dipartimenti tal-Biedja u s-Sajd.
F'diskors li ghamel ghall-okkazjoni l-Ministru Ninu Zammit sahaq fuq il-fatt, li bhala parti mir-ristrutturazzjoni li qed issir fid-dipartimenti kollha tal-Biedja u s-Sajd, hemm bzonn li kulhadd jaghti sehmu fl-ahjar mod li jista' sabiex b'hekk tkun tista' tizdied l-efficjenza, il-produttivita` u s-serjeta` fuq il-postijiet tax-xoghol.
Il-Ministru Ninu Zammit wieghed appogg lil kull impjegat u tenna li l-fiducja li l-gvern prezenti qed juri fil-haddiema kollha ghandha tigi reciprokata u msarrfa f'servizz denji u ta' gid lejn il-komunita`, biex b'hekk b'mod partikolari fil-qasam tal-Biedja u s-Sajd inkunu nistghu nghollu u nsahhu l-livell ta' produzzjoni u ntejbu l-kwalita`.
Il-Ministru Ninu Zammit fakkar li t-twettiq ta' din ir-ristrutturazzjoni fil-qasam tal-biedja, ma hiexmarbuta mal-fatt jekk pajjizna jissiehibx jew le fl-Unjoni Ewropeja, izda qed issir bil-ghan li pajjizna jgholli l-livell ta' kompetizzjoni. Il-Ministru Zammit kompla billi qal li b'izjed efficjenza, b'aktar produzzjoni u b'kompettitivita` ahjar f'kull qasam pajjizna jkun jista' jikkompeti fi swieq ta' pajjizi barranin.
Fl-ahharnett il-Ministru Ninu Zammit awgura lill-impjegati prezenti sabiex b'hidmithom ikunu ta' xempju xieraq ghal qasam tas-settur agrikolu f'pajjizna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN