TISSOKTA L-KAMPANJA DWAR IS-SIGURT FL-INDUSTRIJA TAL-KOSTRUZZJONI
Filwaqt li n-numru ta' persuni li jwe''għu fil-post tax-xogħol f'dawn l-aħħar għaxar snin naqas bi kważi 30 fil-mija, dak ta' persuni fl-industrija tal-kostruzzjoni li we''għu fil-post tax-xogħol żdied b'125 fil-mija. Dan juri kemm hu meħtie' li f'dan is-settur mhux biss ikunu infurzati aktar ir-regolamenti dwar is-sigurt'� u s-saħħa, iżda wkoll li tissokta l-kampanja estensiva edukattiva biex il-ħaddiema jsiru aktar konxji mis-sigurt'� tagħhom stess.
Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta dalgħodu nieda fażi oħra mill-kampanja li qed issir fuq bażi permanenti mill-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini biex il-ħaddiema f'dan is-settur iħarsu aktar lilhom infushom u lil min jimpjega biex jipprovdi dawk il-mezzi meħtie'a ħalli jħares is-saħħa ta' l-impjegati tiegħu.
Għal din il-fażi tal-kampanja qed tintuża vettura li permezz tagħha se jkunu jistgħu jin'ibdu filmati ta' ħaddiema waqt li jkunu qed jaħdmu f'siti ta' kostruzzjoni u wara, dawk il-filmati jintwerew lill-istess ħaddiema, kif ukoll jekk ikun il-każ lil min iħaddimhom, biex ikun spjegat lilhom in-nuqqasijiet u perikli li jistgħu jkunu qegħdin jaħdmu fihom u dwar il-prekawzjonijiet li suppost ikunu qegħdin jieħdu.
Il-Ministru Zammit Dimech tenna li kampanji bħal dawn għandhom jibqgħu għaddejjin b'mod regolari sakemm tinbidel għal kollox il-mentalit'� tal-Maltin dwar is-saħħa u s-sigurt'� fil-post tax-xogħol. Hu qal li tant din il-mentalit'� ta' sigurt'� hi nieqsa, li Malta hi kunsidrata li għandha waħda mill-ogħla rati ta' inċidenti fil-post tax-xogħol fid-dinja.
Hu żied li ħafna inċidenti jseħħu jew minħabba traskura'ni, jew minħabba nuqqas ta' tħaris tar-regolamenti, jew għax ma jintużawx il-mezzi kollha għas-sigurt'� tal-ħaddiem jew għaliex dawn il-mezzi lanqas biss ikunu provduti.
Hu qal li l-aktar ċifri riċenti juru li filwaqt li l-għadd ta' inċidenti fil-post tax-xogħol niżel minn 7,332 fl-1990 għal 5,151 fl-1999 – bi tnaqqis re'istrat kważi kull sena – dak f'postijiet tax-xogħol ta' kostruzzjoni, inklużi barrieri, żdied minn 404 fl-1990 għal 908 is-sena li għaddiet. Dan ifisser li bħala perċenta'' tat-total ta' inċidenti fil-post tax-xogħol, ir-rata ta' l-inċidenti fl-industrija tal-kostruzzjoni telgħet minn 5 fil-mija fl-1990 għal kważi 18 fil-mija s-sena l-oħra. Hu qal ukoll li aktar ta' tħassib hu l-fatt li ħafna mill-inċidenti fatali f'postijiet tax-xogħol isiru f'siti tal-kostruzzjoni.
Dawn l-inċidenti għandhom ukoll l-effett ekonomiku tant li fl-1998 intilfu madwar 91,500 'urnata ta' inkapaċit'� għax-xogħol minħabba korriment fix-xogħol filwaqt li tħallsu mas-Lm700,000 f'benefiċċji dwar korriment jew mard waqt ix-xogħol.
Il-Ministru Zammit Dimech tenna kemm dan kollu jenfasizza l-priorit'� li għandha tingħata lis-saħħa u s-sigurt'� tal-ħaddiema fil-post tax-xogħol. Hu semma li dalwaqt il-Parlament jibda jiddiskuti l-li'i 'dida dwar it-twaqqif ta' l-Awtorit'� għas-Saħħa u s-Sigurt'� fil-Post tax-Xogħol u qal li l-mira ta' dan il-Gvern hi li tkun infurzata b'kull mod din il-li'i, li permezz tagħha għandhom isiru wkoll regoli għal standards minimi nazzjonali.
Semma wkoll li min-naħa tal-Ministeru għall-Ambjent qed ikunu finalizzati regolamenti 'odda dwar il-bini li jieħdu wkoll f'kunsiderazzjoni s-sigurt'� u s-saħħa tal-ħaddiema mhux biss waqt il-kostruzzjoni iżda wkoll waqt li jkun qed isir użu mill-istess bini. Barra minn hekk fi skema 'dida li se tkun introdotta għar-re'istrazzjoni ta' kuntratturi fil-qasam tal-bini, se ssir enfasi dwar din il-materja.
Il-Ministru Zammit Dimech enfasizza l-ħtie'a li l-ħaddiema jsegwu r-regolamenti u l-miżuri li jħarsuhom fil-post tax-xogħol u li anki jużaw l-ilbies u apparat ieħor protettiv.
Tkellem ukoll il-Perit Robert Musumeci, iċ-Chairman tal-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini, li spjega li din l-inizjattiva se tkun mifruxa fuq diversi siti, kemm tal-privat kif ukoll tal-Gvern. Hu wera s-sodisfazzjon għar-rieda tal-korpi kostitwiti fi ħdan il-Kunsill Konsultattiv biex jieħdu sehem fil-kampanja. L-idea wara din il-kampanja hi li permezz tal-viżwali għandu jkun aktar faċli għall-ħaddiem li jassorbi l-essenzjal. Hu spjega li din l-inizjattiva, flimkien ma' oħrajn li di''� ttieħdu, għandha sservi biex tqajjem kuxjenza f'sens aktar globali.
Hu tenna li l-Kunsill Konsultattiv qed jirrakkomanda parametri fid-dokumenti tat-tenders li jobbligaw lill-kuntratturi li jieħdu l-miżuri meħtie'a waqt l-eżekuzzjoni tax-xogħol. Dan għandu jorbot ma' l-abbozz ta' li'i li se tirregola r-re'istrazzjoni tal-kuntratturi li l-Kunsill Konsultattiv għadu kemm irrifera lill-Gvern. Hu qal li r-re'istrazzjoni titlob li kuntrattur irid jelenka dettalji f'dan ir-rigward biex ikun assigurat li l-kuntrattur iħaddan il-prekawzjonijiet meħtie'a waqt l-eżekuzzjoni tax-xogħol.
Fil-kuntest tal-li'ijiet Ewropej, il-Perit Musumeci tenna li, irrispettivament mid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, wasal iż-żmien li dawn il-li'ijiet jidħlu fil-qafas lokali, partikolarment id-direttiva 92/57 f'dan il-kuntest. Hu qal li dawn id-direttivi jitrattaw, fost l-oħrajn, il-health and safety coordinators, nies speċjalizzati maħtura mill-kuntrattur biex jassiguraw li l-prekawzjonijiet meħtie'a qed ikunu segwiti.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN