-PREZENTAZJONI TA' COMPUTERS LILL-GHAQDIET TAZ-ZGHAZAGH MILL-ONOR JESMOND MUGLIETT
PREZENTAZJONI TA' COMPUTERS LILL-GHAQDIET TAZ-ZGHAZAGH MILL-ONOR JESMOND MUGLIETT
Dalghodu, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni l-Onor Jesmond Mugliett, ghamel donazzjoni ta' tmien computers bhala parti mill-progett Youthnet 2000 mniedi mis-Segretarjat ghaz-Zghazagh. Din il-prezentazzjoni saret fil-La Cassiere Lounge gewwa Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi. Matul il-konferenza kien hemm prezenti rapprezentanti zghazagh minn kull ghaqda li bbenefikaw minn dal-progett.
Minbarra dawn il-computers gew ipprezentati wkoll lil kull organizzazzjoni li bbenefikat minn din id-donazzjoni, sitt xhur access b'xejn fl-Internet moghtija mill-Kumpanija Terranet Ltd b'risq dan il-progett.
L-ewwel kelliem waqt il-konferenza kien is-Sur Josef Buttitieg, il-Koordinatur tal-progett Youthnet 2000, fejn beda biex spjega l-ghan tal-progett bhala l-progett tal-Millennju li l-iskop tieghu huwa li johloq, bejn l-ghaqdiet taz-zghazagh, network ta' informazzjoni u komunikzzjoni permezz tal-ghodda tal-computer u l-Internet. Imbaghad semma it-tmien ghaqdiet li qed jibbenefikaw mil-ewwel ghotja ta' din is-sena.
Tkellem imbaghad l-Onor. Jesmond Mugliett fejn qal li din l-ghotja hija l-ewwel wahda ghal matul dawn it-tliet snin li gejjin. Aktar tard is-sena d-diehla ghaqdiet ohrajn ser jibbenefikaw ukoll, halli b'hekk l-ghaqdiet ikunu f'qaghda li jkabbru l-attivit'� taghhom ma' ghaqdiet ohrajn fuq livell lokali u internazjonali. Huwa sahaq ukoll illi parti minn dan il-progett huwa li dawn il-beneficjarji jahdmu aktar flimkien permezz ta' kollaborazzjoni ma' dawn l-ghaqdiet. Hu qed jittama li permezz ta' dawn l-ghodod jibdew juzaw mezzi godda bhal diskussjonijiet permezz ta' l-Internet kemm ma' ghaqdiet f'Malta u kif ukoll ma' ghaqdiet barra minn Malta.
Tkellem ukoll is-Sur Keith Fearne, f'isem it-Terranet Ltd., fejn tenna li dan il-progett qed ikun ta' incentiv kbir ghall-ghaqdiet Maltin fejn jistghu ikabbru l-accessibilit'� taghhom fix-xoghol taghhom ta' kuljum. Huwa sahaq ukoll ma' l-ghaqdiet prezenti biex dan l-equipment ma jinghalaqx gewwa l-ufficcju ghal uzu ta' ftit membri, izda ghandu jkun accessibli ghall-membri kollha. Qal ukoll li ghall-gejjieni qarib hemm progetti ohra li Terranet Ltd qed jippjana li jaghmel flimkien mas-Segretarjat ghaz-Zghazagh u l-ghaqdiet sabiex aktar joholqu attivitajiet li qed toffri d-dinja tal-kommunikazzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN